Tal-monti f’Marsaxlokk iridu jibqgħu bil-vann magħhom

  • Aww 25, 2019 17:03
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    Il-maġġoranza tal-bejjiegħa li jarmaw fuq il-monti ta’ nhar ta’ Ħadd f’Marsaxlokk iridu li jibqgħu jarmaw fil-ħin ta’ bejn is-6.00 a.m. u s-2.00 p.m., pero’ bil-vann magħhom, hekk kif dan hu meqjus bħala “indispensabbli” għalihom.

    Il-ġimgħa l-oħra, fuq il-monti ta’ Marsaxlokk, ddawret petizzjoni f’dan ir-rigward fejn b’kollox inġabru 103 firem. Il-pass li jmiss issa huwa li l-General Workers’ Union, permezz tal-Kumitat magħżul minn fost l-għadd sostanzjali tal-membri tagħha, tressaq din il-petizzjoni lill-awtoritajiet konċernati li jinkludu lill-Ministeru għat-Turiżmu u lill-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.

    Inewsmalta fl-aħħar jiem irrappurtat kif numru ta’ bejjiegħa huma urtati għall-fatt li waħda mill-miżuri elenkati fil-pjan ta’ riġenerazzjoni għal-lokalità ta’ Marsaxlokk, tgħid li dawn mhux se jibqgħu jitħallew iżommu il-vannijiet tagħhom viċin il-bankarelli tagħhom.

    Bejjiegħa li tkellmu ma’ dan il-ġurnal iddikjaraw li dan se jkun ifisser “daqqa ta’ ħarta” fil-bejgħ tagħhom. “L-istore room tagħna huwa l-vann. Jekk ikolli l-karozza pparkjata seba’ mili ‘l bogħod ma nistax naħdem,” sostna wieħed mill-bejjiegħa.

    Din il-projbizzjoni kienet diskussa waqt laqgħa li saret ftit tal-ġimgħat ilu fil-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk u li għaliha kien hemm preżenti fost oħrajn is-Sindku tal-lokal, rappreżentanti mill-Ministeru għat-Turiżmu, bejjiegħa tal-monti flimkien ma’ rappreżentanza tal-GWU li tagħhom huma membri kif ukoll il-perit responsabbli mit-tfassil tal-proġett.

    L-imsemmi pjan ta’ riġenerazzjoni jaħseb ukoll biex il-bejjiegħa li hemm fiż-żona tal-Hunters Tower jiġu rilokati f’żona oħra. Din iċ-ċaqliqa hi maħsuba li ssir f’Ottubru li ġej, bil-bejjiegħa tal-monti jisħqu li jekk jitneħħewlhom il-vannijiet ma jkunux jistgħu jaħdmu sew.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0