“M’għandux ikun hemm ċajt bi Swastika… insensittività li tippoża biha”

  • Aww 25, 2019 16:35
  • Miktub minn Victor Vella
"

    “L-iswastika u pożi biha hi xi ħaġa li tista’ toffendi lil diversi nies. Ma toffendix lil kulħadd, imma hemm min se jħossu offiż u diżgustat li jara lil xi ħadd jippoża bi Swastika f’idejh.  Mhux argument li tgħid li għamilt hekk biex tiċċajta jew biex tiżżuffjetta. Simbolu bħal Swastika għandu warajh massakru uman. Massakru li llum hemm eluf ta’ nies li għadhom imweġġgħin minħabba persuni li tilfu. Min jiċċajta b’simboli simili ma jkun qed juri xejn għajr insensittività.”

    Dan sostnieh edukatur li tkellem ma’ IT-TORĊA wara li segwa l-kummenti li intqalu wara li din il-gazzetta talbet spjegazzjoni mingħand l-attivista ta’ Occupy Justice Pia Zammit, u dam wara li beda jixxerred ritratt tagħha bi Swastika f’idejha. Hi spjegat li dak ir-ritratt ittieħed backstage waqt produzzjoni li kienet dwar l-istess suġġett.

    L-istess edukatur qalilna “barra minn Malta, rajna diversi okkażjonijiet fejn persuni, ġieli anke persuni prominenti użaw simboli Nażisti biex idaħħku u finalment meta xxandru r-ritratti imbagħad spiċċaw talbu apoloġija. Kellna l-każ tal-Prinċep Harry li kien libes ta’ Nażista b’arm band bl-arma tan-Nażi. KIen każ li qajjem furur sħiħ. Riċentament kellna każ fl-Istati Uniti, fejn grupp ta’ studenti f’festin fi tmiem il-ġimgħa għamlu Swastika bix-xemgħat.  Il-każ seħħ fi Newport Beach f’Calfornia.  Kif inħarġu r-ritratti l-iskola mill-ewwel bdiet tinvestiga l-każ u uriet li tinsab preokkupata ħafna b’dak li ġie ppubblikat”.

    L-istess edukatur qalilna li “jekk nieħdu l-edukaturi ta’ din l-iskola naraw li dawn għamluha ċar li hu żbaljat min jiċċajta jew jipprova jiċċajta b’simboli li warajhom għandhom storja negattiva ta’ persekuzzjoni. L-iskola spiċċat ħarġet apoloġija”. 

    Dwar ir-ritratt li kien qed jitqassam IT-TORĊA. għamlet kuntatt ma’ Occupy Justice u ftit ħin biss wara Pia Zammit wieġbet u spjegat iċ-ċirkostanzi ta’ dan ir-ritratt.

    Hi kitbet li “apparentament ritratt tiegħi backstage waqt produzzjoni li saret fis-sena 2009 minn Allo Allo fit-Teatru Manoel, qed jerġa’ jispiċċa idur fuq il-mezzi soċjali għal darba oħra.  F’dak ir-ritratt,  jien qed ninterpreta il-karattru ta’ Michell Dubois, memrbru tar-reżisteza Franċiża li kienu qed jiġġieldu kontra in-Nażisti. Jien nidher liebsa bħala uffċjal tal-SS, li kienet parti mill-produzzjoni fil-parti ta’ meta l-karattru jinfiltra fl-operazzjoni tan-Nażi. Fir-ritratt li qed jixxerred nidher back stage.”

    Pia Zammit tkompl li “persuna minn IT-TORĊA bagħtitli kopja ta’ dan ir-ritratt b’akkuża li torbot lil Pia mal-karattru fil-produzzjoni. Irrid nirrimarka li din il-linja ta’ intimidazzjoni hi perikoluża. Allura jekk jien ikolli parti ta’ Tork fi produzzjoni dwar l-Assedju l-Kbir, jien inkun akkużata li qtilt il-Maltin? Kif għidt sena ilu, fi produzzjonijiet lili tarawni bħala qarnita, saħħara, ninja spider, soru, siġra u gremxula. Dawn se tispinjawhom ukoll!”.

    Pia Zammit tkompli tgħid li “din mhix aħbar. Din m’hix xi ħaġa li tirrapporta dwarha. Dan hu attentat redikolu ta’ intimidazzjoni. Jekk ġurnalist ikollu jistaqsi attriċi għal kjarifika u ġustifikazzjon fuq karattru li hi tinterpretà, allura inkunu resqin b’mod perikoluż lejn ċensura u ibbuljar.  Kull attentat li jpinġuni bħala xi ħaġa li jien m’iniex twassal biex nieħu proċeduri legal”.

     

     

        -   

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0