Sentenza sospiża wara li refa’ jdejh fuq l-eks tfajla tiegħu

  • Aww 25, 2019 14:06
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta’ 38 sena mill-Fgura kien ikkundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar wara li ammetta li nhar il-Ġimgħa li għadda, refa’ jdejh fuq l-eks tfajla tiegħu u kkaġunalha feriti ħfief, li heddidha u taha fastidju.

    Fil-Qorti ħareġ kif il-mara qiegħda tistenna tarbija minn tal-akkużat, li jidher li għandu problema tax-xorb. Mill-kondotta tiegħu, jidher li din ma kinitx l-ewwel darba li kien hemm theddid ta’ dan it-tip fil-konfront tagħha hekk kif allegatament f’każi oħra kien qalilha li “d-darba li jmiss tkun agħar.” 

    Filwaqt li kkundannatu sentenza sospiża, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit poġġietu taħt ordni ta’ tratttament għal perjodu ta’ disa’ xhur. Dan filwaqt li nħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara għal żmien sentejn, bir-raġel ikun ipprojbit milli jsegwiha jew b’xi mod jikkuntattaha.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard filwaqt li l-Avukat Peter Fenech deher għar-raġel.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0