Il-multi taħt Jair Bolsonaro b'rabta mal-qerda tal-ambjent naqsu fl-aħħar xhur

  • Aww 25, 2019 09:36
  • Miktub minn iNews
"

    Numru rekord ta’ nirien fl-Amazon qegħdin iseħħu fl-istess żmien li fih kien hemm tnaqqis fil-multi għal min jinqabad iwettaq ħsara fl-ambjent. Skont statistika maħruġa mill-Brażil jidher li minn Jannar sa Awwissu l-multi naqsu b’terz meta kkumparati mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Fl-istess waqt, in-numru ta’ każijiet ta’ nirien fil-pajjiż żdiedu b’84%.

    Għalkemm sa ftit jiem ilu kien hemm  min kien qed jitkellem fuq nirien fil-foresta Amazon b’vuċijiet oħra jgħidu lis-sitwazzjoni mhix gravi, issa qed jirriżulta li hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza.

    Pumpiera Bolivjani ilhom jiem jissieltu bla waqfien biex jitfu u jikkontrollaw in-nirien li diġa ħarqu 6500 km kwadru ta’ foresta tropikali. L-uffiċċjali qed jistennew ajruplan supertanker Boeing 747 biex jgħinhom f’din il-ħidma.

    Filmati militari juru ammont vast ta’ arta maħruqa viċiin il-fruntiera tal-Bolivja mal-Brazil u l-Paragwaj. Il-Ministru għad-Diviża Javier Zavaleta qal li jemmnu li permezz ta’ dan l-ajruplan se jkunu jistgħu jitfu n-nirien.

    Jidher li din is-sena n-nirien  fiż-żona Brażiljana tal-Amazon irduppjaw hekk kif id-drawwa tal-bdiewa li jaħarqu l-foresta biex ikabbru l-art għall-bidja wassal biex kompla jinfirex minħabba l-istaġun xott.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0