Bil-mini ta’ Santa Luċija tiffranka kważi terz tal-ħin fl-ivvjaġġar

  • Aww 24, 2019 18:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mini ġodda li Infrastructure Malta qed tibni taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija ser inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar bi 30 fil-mija, kważi terz ta’ kemm iddum illum biex tivvjaġġa bejn it-Telgħa tal-Addolorata u Triq tal-Barrani. 

    Permezz ta’ dan il-proġett li qed isir flimkien mal-flyovers tal-Marsa Junction Project, Infrastructure Malta qed tagħmel żewġ mini li jgħaqqdu direttament Vjal Santa Luċija, dik li lkoll insibuha bħala t-Telgħa tal-Addolorata, ma’ Triq Tal-Barrani. B’hekk tkompli tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ din ir-rotta ewlenija lejn diversi lokalitajiet fin-naħa t’isfel tal-pajjiż.

    Fuq iż-żewġ mini ġodda, se terġa’ tinbena r-roundabout eżistenti b’disinn ġdid li jipprovdi aċċess eħfef u aktar sigur lir-residenti ta’ Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid b’disinn imtejjeb tal-mogħdija għall-ġiri (jogging track) li hemm fil-viċinanzi, titjib tas-subway ta’ Triq tal-Barrani biex tkun aċċessibbli wkoll għaċ-ċiklisti u persuni b’diżabilità, kif ukoll korsija ġdida għar-roti li se tgħaqqad Santa Luċija mal-Marsa. Se jinbena wkoll prominad bejn Triq il-Prinjoli u Dawret it-Torri li jagħti għal fuq Wied Garnaw, li se jkun jikludi żoni msebbħin bis-siġar u l-pjanti, passaġġ u korsija għar-roti.

    Iż-żewġ mini, li se jitħaffru taħt fejn hemm ir-roundabout bħalissa u jissaqfu, se jkun fihom tul ta’ 90 metru biex jgħaqqdu ż-żewġ karreġġjati ta’ Vjal Santa Luċija ma’ dawk ta’ Triq Tal-Barrani. Fuq kull naħa, se jinbnew rampi ta’ 130 metru ‘l waħda biex jgħaqqdu l-mini ma’ dawn iż-żewġ toroq. Minbarra li se tipprovdi aċċess aktar sigur għat-tliet lokalitajiet tal-madwar, ir-roundabout ġdida fuq il-mini wkoll se tingħaqad ma’ Vjal Santa Luċija u Triq Tal-Barrani permezz ta’ erba’ tlajja u nżul ġodda li se jsiru għal ġo fihom.

    Il-proġett tal-mini f’Santa Luċija se jikkumplimenta proġetti oħrajn kbar li Infrastructure Malta qed tagħmel fit-toroq ta’ dawn in-naħat ta’ Malta, partikolarment il-Marsa Junction Project.  Fil-fatt, ix-xogħlijiet tal-proġett fi Vjal Santa Luċija qed ikunu ppjanati mal-bini tas-seba’ flyovers u li waħda minnhom se tgħaqqad proprju din it-triq ma’ Triq Aldo Moro.

    Il-korsija ġdida għar-roti ta’ madwar kilometru wkoll se tkun parti minn rotta ferm itwal u sigura li se jkun hemm għar-roti f’din iż-żona u li se tgħaqqad Ħal Luqa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid u l-Marsa. L-ewwel parti minn din il-korsija għar-roti qed tkun iffurmata bħalissa bħala parti mill-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, biswit Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija. Din il-korsija għar-roti se testendi tul il-karreġġjata ta’ Vjal Santa Luċija lejn il-Marsa, fejn imbagħad tingħaqad ma’ infrastruttura oħra għar-roti li se ssir bħala parti mill-Marsa Junction Project.

    Infrastructure Malta qed tibni wkoll mina doppja li minnha tista’ tgħaddi persuna bil-wieqfa (walk-through culvert), twila 1.1 kilometru, minn Triq Tal-Barrani sal-Marsa, fejn tingħaqad ma’ mini simili li qed isiru taħt il-flyovers. Minn ġo dawn il-mini se jgħaddu l-cables ta’ waħda mill-konnessjonijiet ewlenin tax-xibka tad-distribuzzjoni tal-elettriku, li tgħaqqad il-Power Station ta’ Delimara maċ-ċentru tad-distribuzzjoni li jinsab fejn qabel kien hemm il-Power Station tal-Marsa.

    Tul l-istess rotta mill-Marsa lejn Santa Luċija, Infrastructure Malta qed tibdel ukoll medda ta’ pajpijiet ħoxnin aktar minn nofs metru għad-distribuzzjoni tal-ilma, li hemm għaddejja taħt l-art, kif ukoll diversi kilometri ta’ pajpijiet għas-servizzi tal-Internet, sistemi elettroniċi għal-immaniġġjar tat-traffiku u servizzi oħrajn ta’ telekomunikazzjoni. Bħala parti mill-proġett se jinbnew ukoll ġibjun u jitpoġġew 2.7 kilometri ta’ katusi għall-ġbir tal-ilma tax-xita.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0