Kampjonat Premier: Goal ta’ Keqi jiddeċiedi bejn Floriana u Birkirkara

  • Aww 23, 2019 23:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Birkirkara....... 0

    Floriana.......... 1

    Goal uniku skorjat minn Kristian Keqi wara nofs siegħa logħob kien biżżejjed biex Floriana jissuperaw l-isfida ta’ Birkirkara f’logħba pjuttost bilanċjata.

    Infatti r-riżultat baqa’ nċert sa l-aħħar suffara tar-referee Fyodor Zammit hekk kif Birkirkara laqtu l-lasti avversarji xejn anqas minn tliet darbiet imma ma rnexxielhomx jiksbu mqar punt minn dan il-konfront.

    Floriana ħarġu xi ftit aktar aggressivi u Venancio kellu xutt wara żewġ minuti salvat tajjeb minn Hogg.

    Imma n-naħa l-oħra fl-14-il minuta Birkirkara resqu qrib li jmorru fil-vantaġġ meta Ntow qassam lil Alba li x-xutt tiegħu ħabat mal-wieqfa.

    Iżda Floriana dejjem deh­ru aktar perikolużi fl-az­zjonijiet tagħhom u kien il-goalkeeper Karkariż Hogg li salva tajjeb tentattivi ta’ Venancio, Arias u Pisani, iżda fit-30 minuta Floriana meritatament fetħu l-iskor.

    Minn corner mogħti minn Venancio kien KRISTIAN KEQI li bir-ras tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka b’Hogg megħlub għal kollox.

    Qabel intemmet l-ewwel taqsima Birkirkara resqu qrib permezz ta’ xutt ta’ Vella li għadda ftit għoli waqt li ftit wara Prado minn qagħda tajba xeħet barra bir-ras.

    Fit-tieni taqsima Birkirkara żiedu fl-isforzi tagħhom biex jiksbu l-goal tad-draw bl-ewwel azzjoni tasal minn Montebello li x-xutt tiegħu għadda jħakkek mal-mimduda.

    Mas-siegħa logħob minn cross ta’ Vella, Falcone ndi­riz­za bir-ras għal gewwa imma Ruiz ikklerja minn fuq il-linja, bil-ballun jieħdu Briffa barra l-kaxxa iżda x-xutt tiegħu ħabat mal-wieqfa wara li ġie mxellef mill-goalkeeper Akpan.

    Imbagħad fil-75 minuta kien Falcone li xxuttja minn qagħda ferm angolata b’Akpan jinterċetta u l-ballun jinżel mal-mimduda.

    Minkejja li kien baqa’ kwarta logħob, l-isforzi ta’ Birkirkara baqgħu ma tawx il-frott hekk kif Floria­na ddefendew bil-għaqal u kkonservaw il-vantaġġ mi­nimu li kellhom.

    BIRKIRKARA: 1-Andrew Hogg, 4-Jeferson Ferreira, 5-Enrico Pepe, 8-Maurizio Vella, 9-Luke Montebello, 14-Yannick Yankam (10-Johann Bezzina 84), 18-Roderick Briffa, 22-Cain Attard, 24-Caio Henrique Prado (20-Federico Matias Falcone 46), 27-Miguel Angel Alba (6-Matthew Guillaumier 78), 77-Isaac Toah Ntow  - Coach: John Buttigieg

    FLORIANA: 12-Ini Etim Akpan, 6-Enzo Ruiz, 7-Diego Venancio, 9-Kristian Keqi, 10-Ulises Jose Arias (8-Clyde Borg 89), 11-Brandon Diego Paiber (28-Edward Herrera 64), 17-Jurgen Pisani, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Augusto Caseres (99-Tiago Adan Fonseca 72), 22-Alexander Cini, 94-Ryan Camenzuli  - Coach: Vincenzo Potenza

    REFEREE: Fyodor Zammit

    ASS. REFEREES:Duncan Sultana, Duncan Spencer

    RABA’ UFF: Darryl Agius

    SKORER:K. Keqi 30 (F)

    AMMONITI: R. Briffa, Y. Yankam, J. Ferreira (B)

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Kristian Keqi (Floriana)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0