Kampjonat Premier: Id-debuttanti Sta Lucia jissorprendu lil Valletta

  • Aww 23, 2019 23:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Christine Borg

    Valletta........... 2

    Sta Lucia......... 3

    Santa Lucia ħasdu bil-kbir liċ-champions Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2, bit-tliet goals tagħhom jaslu fl-ewwel taqsima, bil-promossi l-ġodda ma jisirqu xejn waqt li l-Beltin iddiżappuntaw bil-kbir.

    Santa Lucia fetħu l-iskor fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu wara biss sitt mi­nuti meta xutt minn tarf il-kaxxa ta’ WILKERSON GOMES ħasad għal kollox lill-goalkeeper tal-Beltin, Henry Bonello.

    Madankollu, kif misten­ni, Valletta wettqu reaz­zjoni mmedjata u ftit li xejn damu biex ġabu l-iskor indaqs meta fit-12-il minuta, Joseph Zerafa pprovda l-pass lejn MARIO FONTANELLA li mill-viċin tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Ryan Carua­na. 

    Iżda d-drama kompliet tikber fil-partita u fid-19-il minuta Santa Lucia reġgħu marru fil-vantaġġ meta l-Ġappuniż REI TACHIKAWA fajjar xutt minn distanza ta’ madwar 20 metru li ħalla lill-goalkeeeper ta’ Valletta ma jagħmilx moviment, fejn hawnhekk żgur li l-goalkeeper Belti seta’ għamel aħjar.

    Huma komplew jippressaw u fis-37 minuta kienu għoddhom skorjaw it-tielet goal meta Rei Tachikawa serva fuq platt tal-fidda lil Wilkerson Gomes li kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni angolata salvat minn mal-art minn Bonello, bid-difiża Beltija tkun pronta u tikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.

    Iżda t-tielet goal għali­hom ma damx ma wasal meta fid-39 minuta Diego Segura għadda tajjeb lejn WILKERSON GOMES li minn pożizzjoni ideali u permezz ta’ lob delizzjuż tefa’ l-ballun fix-xibka, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta ħarġu aktar aggressivi fit-tentattiv li jiksbu d-draw u fil-55 minuta Yuri De Jesus Messias xeħet cross lejn Kyrian Nwoko li iżda kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit għoli.

    Huma komplew jagħfsu u, fil-71 minuta, naqqsu l-marġni tal-iskor meta Joseph Zerafa indirizza cross preċiż lejn Mario Fontanella li bir-ras għadda tajjeb lejn KYRIAN NWOKO li  permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra mill-viċin tefa’ ġewwa.

    VALLETTA: 1-Henry Bonello, 24-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri, 14-Kyrian Nwoko, 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Joseph Zerafa, 21-Douglas Packer (11-Shaun Dimech 67), 24-Rowen Muscat (22-Nicholas Pulis 81), 89-Mario Fontanella, 91-Yuri De Jesus Messias, 92-Kevin Tulimieri (10-Matteo Piciollo 58) -Coach: Darren Abdilla

    STA LUCIA: 12-Ryan Caruana, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 6-David Mendoza, 9-Diego Segura,  11-Kevin Ante Rosero (20-Omar Elouni 83), 17-Jacob Walker, 18-Daniel Agius, 19-Farid Zuniga, 22-Jamie Zerafa (66-Lee Galea 77), 88-Rei Tachikawa, 90-Wilkerson Gomes (8-Jamie Magri Overend 69) -Coach: Oliver Spiteri

    REFEREE: Trustin Farrugia Cann

    ASS. REFEREES:Thomas Debono, Luke Portelli

    RABA’ UFF: Ishmael Barbara

    SKORERS:W. Gomes 6, 39, R. Taxchikawa 19 (SL), M. Fontanella 12, K. Nwoko 71 (V)

    AMMONITI:R. Caruana, R. Tachikawa (SL)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Wilkerson Gomes (SL)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0