Kampjonat Premier: Gzira United kien ħaqqhom aħjar

  • Aww 23, 2019 22:29
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Gzira U.......... 0

    Hamrun S...... 0

    Gzira United u Hamrun Spartans ħadu punt kull wieħed f’logħba li ma pproduċiet l-ebda goal, iżda, bla dubju, il-Maroons kien ħaqqhom ħafna aħjar għax prattikament iddomi­naw matul id-90 minuta, imma ma rnexxielhomx isarrfu s-superjoritá tagħhom f’goals.

    Infatti kienet logħ­ba li fiha Hamrun iddiżap­puntaw bil-kbir, għax qatt ma heddew serjament il-lasti difiżi mill-goalkeeper Justin Haber, li kellu logħba pjuttost kwieta.

    L-ewwel taqsima kienet nieqsa ħafna mill-azzjoni­jiet bi Gzira mill-ewwel juru li kienu se jkunu aktar effettivi mill-avversarji tant li resqu l-aktar qrib li jiftħu l-iskor f’mill-inqas erba’ okkazjonijiet.

    L-ewwel periklu ħolquh fid-disa’ minuta meta x-xutt mill-qrib ta’ Jefferson ġie salvat minn Bartolo f’żewġ tentattivi.

    Fil-21 minuta, kien Cohen li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat tajjeb minn Bartolo, waqt li fit-33 minuta minn cross ta’ Cohen, Jefferson bir-ras xeħet ftit għoli.

    L-aħjar ċans għal Gzira wasal eżatt qabel il-mistrieh meta Cohen żmarka lil Samb li x-xutt tiegħu ġie mblukkat minn Bartolo, rega’ ġie għand Samb li qassam lil Jefferson u x-xutt ta’ dan ġie mdawwar f’corner minn Cinquini.

    Min-naħa tagħhom, Ham­run għalkemm ippruvaw jikkreaw xi azzjonijiet, qatt ma nkwetaw lil Haber matul l-ewwel 45 minuta.

    Fit-tieni taqsima reggħu kienu Gzira li fetħu fuq l-attakk u cross mil-lemin ta’ Scerri ġie mblukkat fil-ħin minn Bartolo qabel seta’ jilħaq Jefferson.

    Ftit wara cross ta’ Cohen għadda tul il-lasti bla ma ħadu ħadd, il-ballun wasal għand Kone li x-xutt tiegħu ġie mxellef f’corner.

    Gzira rnexxielhom isibu x-xibka fit-63 minuta permezz ta’ Barbosa imma l-goal ġustament ġie mħassar għal offside.

    Ħames minuti wara Samb temm azzjoni personali b’xutt li ħabat ma’ sieq il-lasta u mir-rebound ix-xutt finali ta’ Cohen ġie salvat minn Bartolo.

    Fis-70 minuta, kien id-di­fensur Nikolopoulos li kklerja bir-ras f’corner cross insidjuż ta’ Oyama waqt li ftit wara Conti qassam lil Jefferson li d-daqqa ta’ ras mill-qrib għaddietlu ftit barra.

    Anke matul it-tieni taqsima Hamrun naqsu li jkunu effettivi fil-logħob tagħhom u l-aktar li resqu qrib kien ħames minuti mit-tmiem meta free-kick mogħti minn Failla għadda ftit għoli fuq il-lasti ta’ Haber.

    GZIRA U.: 16-Justin Haber, 4-Fernando Barbosa, 5-Gianmarco Conti, 6-Nikolai Muscat, 7-Zachary Scerri, 8-Rodolfo Soares, 10-Andrew Cohen (26-Sacha Borg 83), 21-Hamed Kone, 77-Amadou Samb, 87-Arthur Oyama, 94-Jefferson De Assis  - Coach: Giovanni Tedesco

    HAMRUN S.: 26-Emmanuel Bartolo, 7-Triston Caruana, 9-Jorge Ailton Soares (77-Bradley Schembri 72), 10-Wilfried Domoraud, 13-Clayton Failla, 17-Nicola Leone, 19-Lagzir Soufiane, 22-Marco Criaco, 30-Karl Micallef, 55-Orestis Nikolopoulos, 90-Mattia Cinquini - Coach: Manuele Blasi

    REFEREE: Alan Mario Sant

    ASS. REFEREES:Edward Spiteri, Paul Apap

    RABA’ UFF: Matthew Degabriele

    AMMONITI: G. Conti, Jefferson, F. Barbosa (G), N. Leone, K. Micallef, L. Soufiane, M. Criaco (H)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Jefferson De Assis (Gzira U.)

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0