Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jindirizza l-Open Day for Pharmaceutical Sciences and Pharmaceutical Technologists

  • Aww 23, 2019 20:09
  • Miktub minn iNews
"

    “Il-qasam farmaċewtiku qed jespandi f’direzzjonijiet ġodda biex jilħaq u jtejjeb il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-pazjenti. Dan huwa possibbli permezz ta’ programmi edukattivi, robusti u ta’ sodisfazzjon li jassiguraw żvilupp sħiħ tal-kompetenzi tal-istudenti, bħal kors tal-Baċellerat fil-Pharmaceutical Technology,” tenna s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, l-Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, Deo Debattista waqt id-diskors tiegħu. 

    L-Awtorità dwar il-Mediċini qed toffri opportunità unika fejn studenti f’dan il-kors se jkunu jistgħu jaħdmu mill-qrib mal-professjonisiti fi ħdan l-awtorità fuq riċerka u proġetti innovattivi li għandhom x’jaqsmu mal-kannabis għall-użu mediċinali. Filwaqt li se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn korsijiet avvanzati li qed torganizza l-Akkademja għall-Eċċellenza u l-Innovazzjoni flimkien mal-Awtorità dwar il-Mediċini, il-Malta Laboratories Network u d-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta. 

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, l-Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali, Deo Debattista stqarr li permezz ta’ din l-opportunità, l-istudenti se jkunu qed jaħdmu ma’ professjonisti u esperti lokali u internazzjonali fil-qasam dinamiku u innovattiv tax-xjenza u jmissu b’idejhom ir-realtajiet tar-riċerka. Għal dan il-għan, Dr Deo Debattista ħeġġeġ lill-istudenti japplikaw għall-korsijiet biex jiggradwaw bħala spiżjara u pharmaceutical technologists. Dawn il-korsijiet jipprovdu l-kompetenzi meħtieġa sabiex npoġġu lil Malta fuq quddiem fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tax-xjenza farmaċewtika.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0