Suċċess għall-atleti Għawdxin fil-Ġermanja

  • Aww 23, 2019 17:24
  • Miktub minn iNews
"

    Erba’ atleti żgħażagħ Għawdxin, li l-età tagħhom tvarja bejn is-6 u t-13-il sena, ipparteċipaw b’suċċess fit-tellieqa Ironkids li saret f’ Friedberg, fil-Ġermanja.

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ferħet lil dawn l-atleti promittenti li sa minn età żgħira qed juru potenzjal fejn diġà qed jagħmlu isem għalihom u għal pajjiżna. Il-Ministru Caruana fakkret kif is-settur tal-isports f’Għawdex qed jingħata l-attenzjoni li tixraqlu permezz ta’ proġetti kapitali importanti, ewlenin fostom il-pixxina, kif ukoll bl-introduzzjoni ta’ skemi ta’ għajnuna lill-atleti li jitħarrġu f’Malta. Il-Ministru għal Għawdex tennet l-impenn tagħha biex tkompli tassisti s-setturi kollha sportivi fil-gżira Għawdxija fejn illum il-ġurnata, it-tfal u żgħażagħ qed ifittxu dixxiplini sportivi differenti minn dawk li tradizzjonalment aħna mdorrija bihom. Hi rringrazzjat ukoll lill-Gozo Sports Board li bil-ħidma tagħhom qed jintroduċu għadd ta’ dixxiplini ġodda għall-għażla tal-isportivi Għawdxin.

     Il-Ministru Justyne Caruana rrikonoxxiet il-parteċipazzjoni ta’ Jake Micallef, Chylen Fava, Kai Debono u Mickaya Fava.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0