Ħames affarijiet x'wieħed jista' jara fl-istaġun il-ġdid tas-Serie A

  • Aww 23, 2019 14:29
  • Miktub minn iNews
"

    il-ġirien Inter u Milan it-tnejn se jibdew taħt coaches ġodda, Fiorentina jinsabu taħt sidien ġodda waqt li r-raz­ziżmu se jkun fl-istennija skomda viċin il-wiċċ tal-istaġun ġdid tas-Serie A li jibda għada.

    Dawn li ġejjin huma ħames affarijiet li wieħed għandu jara. 

    JISTGĦU INTER TA’ CONTE JOFFRU SFIDA SERJA GĦAT-TITLU?

    Bi tliet sidien differenti u 13-il coaches fl-aħħar 10 snin, Inter jidhru li huma team perpetwu fi trażizzjoni.

    L-aħħar wieħed fis-siġġu jaħraq tal-coaching huwa l-furjuż Antonio Conte li bejn l-2011 u l-2014 mexxa lil Juventus għal tliet titli konsekuttivi.

    Il-coach ta’ 50 sena ħa post Luciano Spalletti, li minkejja li daħħal lil Inter darbtejn fiċ-Champions League fiż-żewġ staġuni li kien fil-kariga, qatt ma seta’ jipproduċi l-konsis­tenza neċessarja bżonnjuża biex jisfida lil Juventus għat-titlu.

    Conte diġá ħabbar li ma jridx iktar lil Mauro Icardi, li fl-aħħar ħames staġuni dej­jem kien l-aqwa skorer tat-team iżda ħafna drabi kien influwenza distruttiva wara bosta kontroversji barra l-ground.

    Inter ma beżgħux jidħlu fis-suq tat-trasferimenti meta kisbu lill-attakkanti Romelu Lukaku u Valentino Lazaro, il-midfielders Stefano Sensi u Nicolo Barella u lid-difensur Diego Godin waqt li neħħew lill-winger Ivan Perisic u lill-midfielder Radja Nainggolan.

    Se jkun affaxxinanti li wie­­ħed jara jekk Conte huwiex kapaċi jgħaqqad kollox flim­­kien fl-ewwel tentattiv tiegħu.

    JISTGĦU MILAN IĠIBUHA TAJJEB DIN ID-DARBA?

    Invarjabbli l-istaġun ta’ Milan jibda fost tamiet għoljin wara ruxxmata ta’ akkwisti ġodda u coach ġdid, iżda għal madwar Ottubru tidħol id-diżillużjoni.

    Din id-darba, ġie ngaġġat Marco Giampaolo biex jieħu post il-famorit tal-partitarji, Gen­naro Gattuso.

    L-akkwisti l-ġodda nklu­dew lill-midfielder Ismael Bennacer, rebbieħ tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani mal-Alġerija, u l-attakkant Portu­giż, Rafael Leao, li ngħaqdu ma’ Krzysztof Piatek u Lucas Paqueta, li t-tnejn għamlu impatt wara li ngħaqdu magħ­hom f’Jannar.

    Iżda hemm sens li Milan din id-darba xtraw bil-għaqal u għandhom skwadra iktar bilanċjata waqt li l-karriera ta’ Giampoaolo żdiedet b’mod kostanti meta wasal wara tliet staġuni konsisteni ma’ Sampdoria.

     

    PONT TWIL WISQ  GĦAL ATALANTA?

    Atalanta wettqu ammirabbilment fi tliet staġuni taħt Gian Piero Gasperini, meta spiċċaw ir-raba’, is-seba' u t-tielet fl-istaġun li għadda biex ikkwalifikaw għaċ-Cham­pions League għall-ewwel darba.

    Inevitabbilment, dan iqaj­­­­­­jem il-mistoqsija jekk hu­­miex kapaċi jżomm l-pass speċ­jalment dik li qed jilagħbu fl-Ewropa tista’ tkun piż kbir fuq timijiet bħalhom li huma neqsin mis-saħħa fil-fond tal-clubs il-kbar.

    IT-THEDDDA TAR-RAZZIŻMU TIBQA’

    Il-football Taljan ġie mifni mir-razziżmu u fl-istaġun li għadda ma kienx hemm sinjali li dan se jieqaf.

    Fl-aktar inċident riċenti, it-trio ta’ Juventus, Moise Kean (illum ma’ Everton), Blaise Matuidi u Alex Sandro, kienu suġġetti għall-abbuż f’Cagliari, iżda wara investigazzjoni ta’ sitt ġimgħat, il-Federazzjoni Taljana (FIGC) ma ħadet l-ebda azzjoni, meta qalet li l-kant kien ta’ “relevanza limitata oġ­ġettivament.”

    “Ir-razziżmu qatt mhu se jiġu mogħti daqqa ta’ sieq mill-football iżda jekk deċiżjonijiet bħal din ikomplu – il-Federazzjoni Taljana missha tbaxxi rasha bil-mistħija,” qal il-grupp Kick It Out.

    Fi Frar li għadda l-attakkant tal-Italja, Mario Balotelli, fisser ir-razziżmu fil-football Taljan bħala wieħed “estrem.”

    Issa Balotelli rritorna fis-Serie A wara tliet staġuni fi Franza biex jilgħab mal-promossi Brescia. “Nittama li s-sitwazzjoni tjiebet imqabbla mas-snin preċedenti,” huwa qal.

    ERA ĠDIDA GĦAL FIORENTINA?

    Fiorentina se jibdew taħt sid ġdid wara li l-biljunarju Amerikan, Rocco Commisso, xtara l-club mingħand il-familja Della Valle.

    Wara li fl-2002 reġgħu stabbilew ruħhom wara li ġew dikjarati falluti, Fiorentina ilhom kontrollati mill-familja Dalle Valle minn dak in-nhar

    Kien hemm ħafna staġuni li fihom it-team spiċċa fl-ewwel 10 fil-klassifika, iżda f’dan il-perjodu ma rebaħx trofew maġġur bil-partitarji jsiru diżillużi għall-aħħar, tant li fl-istaġun li għadda fal­lew ir-relegazzjoni għal ftit.

    Il-coach Vincenzo Montella, li jinsab lura għat-tieni darba magħhom, ingħata l-in­karigu biex imexxi era ġdida għall-ex champions darbtejn.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0