Possibbiltá li jridu jgħaddu s-snin biex tindara t-teknoloġija tal-VAR

  • Aww 23, 2019 14:27
  • Miktub minn iNews
"

    L-ex referee fil-kariga biex jimplimenta s-sistema tal-Video Assistant Referee (VAR) fil-Premier League, Neil Swarbrick, qal li jistgħu jgħaddu “sitta jew seba’ snin” biex tindara s-sistema.

    Il-VAR ġie introdott fl-ogħla diviżjoni tal-football Ingliż fil-bidu ta’ dan l-istaġun.

    U Swarbrick qal li ħadu s-snin biex ir-rugby u l-cricket ikunu “f’post komdu” b’teknoloġija simili.

    “Ninsab ċert li se tkun l-istess bil-football,” huwa qal.

    Meta ndirizza lmenti fuq l-użu tas-sistema s’issa dan l-istaġun fuq ir-radju tal-BBC, l-ex referee ta’ 53 sena qal li “jissimpatizza” mal-partitarji li jissuġġerixxu li mhux dejjem jistgħu jiċċelebraw goal kif kienu mdorrijin jagħmlu qabel għax ikollhom jistennew il-konferma tal-VAR biex it-tentattiv ikun jgħodd.

    Madankollu, huwa qal li turi d-deċiżjonijiet fuq screens kbar għamlet is-sistema trasparenti u l-intenzjoni hija li żżomm l-interruzzjonijiet tal-logħba minimi.

    “Interventi għaqlin s’issa kellna. Intlagħbu 20 logħba tal-Premier League dan l-istaġun u fihom kel­lna ħames interventi, li kollha kienu fattwali,” huwa qal.

    “Fit-Tazza tad-Dinja 2018 kellhom intervent kull 3.2 logħbiet u fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa kellhom wieħed kull 1.9 logħbiet u għalhekk kellhom ħafna interferenzi hemmhekk. Inħoss li ninsabu f’post tassew diċenti.

    “Kellna ġimgħatejn tal-istaġun u ovvjament se tkun il-punt tad-diskussjonijiet għax hija xi ħaġa li daħlet issa.”

    Swarbrick qal li jista’ jkun hemm “bidliet aktar ‘il quddiem” b’sistema li qabel ġiet użata domestikament f’xi logħbiet tal-FA Cup u tal-League Cup.

    Swarbrick anke rrisponda għall-mistoqsijiet dwar ir-regolament tal-handball.

    Ir-regolament, li daħal fl-1 ta’ Ġunju, jgħid li goal irid jiġi annullat jekk il-player, inten­zjonalment jew le, imiss il-ballun b’idu waqt l-azzjoni.

    L-attakkant ta’ Manchester City, Gabriel Jesus, kellu goal kontra Tottenham nhar is-Sibt jiġi mħassar mill-VAR għal din ir-raġuni.

    Meta ddefenda r-regolament, Swarbrick qal: “Irridu nimxu fuq ir-regolaemti tal-logħba li huma imposti mill-International Football Association Board (IFAB).

    “Min-nofs Lulju morna għand l-20 clubs tal-Premier League, qabel ma beda l-istaġun u  għaddejna l-emendi tar-regolamenti tal-logħba, tkellimna speċifikament fuq il-football.” 

    L-IFAB IĦEĠĠEĠ LIL PREMIER LEAGUE U LIL BUNDESLIGA

    Sadanittant l-IFAB ħeġġeġ lill-Premier League u kompetizzjonijiet oħra biex jimxu fuq l-istess involviment tal-VAR.

    Dan seħħ wara tħassib li l-Premier League u l-Bundesliga partikolarment, kienu qed jap­plikaw interpretazzjonijiet differenti fuq l-użu tal-VAR minn dawk maħruġa mill-IFAB

    “Kull kompetizzjoni trid tirrispetta r-regolamenti tal-logħba kif ukoll dawk maħruġa mill-IFAB.

    Nhar l-Erbgħa l-IFAB ħareġ ċirkolari fuq it-tibdil riċenti tar-regolamenti, inklużi l-użu tal-VAR fl-għoti tal-penalties.

    Il-Premier League u l-Bundesliga għażlu li jħallu d-deċiżjoni fuq jekk il-goalkeeper ħariġx minn postu lill-uffiċjali fil-ground bil-VAR jintervjeni biss jekk ikun hemm żball ċar mill-uffiċjali.

    Iżda l-IFAB insista li l-VAR “għandu jiċ­ċekkja għal kull offiża mill-goalkeeper (u anke mill-player li jagħti l-penalty) u l-VAR għandu jinforma lir-referee jekk hemmx xhieda ċara għal replay.”

    Kemm il-Premier League kif ukoll il-Bundesliga ma rrispondewx immedjatament it-talba għal kumment min-naħa tagħhom.

    Ir-regolament ġie mibdul dan l-aħħar biex iħalli lill-goalkeepers jiċċaqilqu waqt l-għoti tal-penalties sakemm ikollhom almenu sieq waħda fuq il-linja tal-goal.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0