Inter Miami jridu jiffirmaw lil Luis Suarez

  • Aww 23, 2019 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    Inter Miami huma interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Barcelona, Luis Suarez, qabel ma jagħmlu d-debutt fil-Major League Soccer,l-istaġun li ġej.

    Il-klabb, li ġie ffurmat minn David Beckham, riċentement kien assoċjat mal-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Edison Cavani.

    Madankollu, Beckham irid jiffirma lil Suarez, li fadallu ftit inqas minn sentejn fuq il-kuntratt attwali tiegħu fin-Nou Camp.

    Il-player ta’ 32 skroja 177 goals f’248 partita għaċ-champions Spanjoli fil-kompetizzjonijet kollha mindu ngħaqad magħhom mingħand Liverpool, fl-2014.

    Inter Miami għadhom iridu jaħtru manager, għalkemm l-ex manager ta’ Everton u Manchester United, David Moyes,huwa l-favorit li jingħata din il-kariga.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0