“F*** you. Neħħi n-numru tiegħi u itlob li ma terġax tarani”... hedded refuġjat u rrifjuta li jħallsu

  • Aww 23, 2019 14:07
  • Miktub minn iNews
"

    Huwa sigriet magħruf dak li għandna madwarna llum il-ġurnata: persuni ta’ karniġġjon skur jaħdmu xogħlijiet għal ftit jiem mingħajr terminu fiss u sigurtà ta’ xogħol, taħt sħaba ta’ illegalità, biex imbagħad jew jitħallsu ammont żgħir ta’ flus, jew inkella ma jitħallsux.

    Din tal-aħħar kienet dak li ġara lil *Ali (isem fittizju), li qasam l-esperjenza tiegħu ma’ dan is-sit. Ali, li ilu Malta diversi snin, tkellem ma’ dan is-sit, filwaqt li uriena bi provi konkreti sa’ fejn kapaċi jasal l-abbuż li qegħdin jgħaddu minnhom huwa u persuni oħra barranin f’pajjiżna.

    Kien bejn Ġunju u Lulju li għadda li huwa daħal jaħdem fi stabbiliment ewlieni ġewwa l-lokalità taż-Żurrieq, bil-ftehim li huwa kellu jitħallas €35 għal kull shift ta’ tmien sigħat li kellu jaħdem. 

    B’dan is-salarju miżeru (li jammonta għal €4.3 fis-siegħa), Ali kien qiegħed jaqla’ paga inqas mill-paga minima stabbilita taħt il-Kundizzjonijiet tal-Impjiegi kif imniżżlin taħt l-Avviż Legali tal-144 (li seħħ wara l-ftehim li seħħ bejn l-Imsieħba Soċjali f’April tal-2017), li fl-2019, għal persuna li beda impjieg ġdid din is-sena, huwa kien intitolat li jaqla’ €4.5 fis-siegħa, jew inkella €36. 

    Filwaqt li d-diskrepanza tidher waħda minorenni fuq il-karta, fir-realtà, meta persuna jkun qiegħed jaħdem dan it-tip ta’ impjieg għal 40 siegħa fil-ġimgħa, jirriżulta li jkun qiegħed jaqla’ €4 inqas fil-ġimgħa, jew inkella diskrepanza ta’ €208 fis-sena. 

    Minkejja dan, għal Ali il-problemi ma waqfux hawn. Kif spjega lil dan is-sit, huwa mar jaħdem bħax-xogħol normali matul l-ewwel ġimgħatejn ta’ Lulju, fejn saħaq li matul dik il-ġimgħa ħadem mas-60 siegħa. Matul il-ġurnata tal-Ħadd, huwa ħassu sturdament kbir, u talab lis-sid biex jitlaq kmieni, li hekk għamel.

    X’ħin ġimgħa wara huwa talab lis-sid tal-istabbiliment biex ikun jista jikseb il-paga li ħaqqu, is-sid wieġbu bl-herra u heddu biex ma jkellmux iktar. Il-kliem eżatti kienu: “F*ck you. Neħħi n-numru tiegħi, u itlob li ma terġax tarani.” Meta Ali saqsih għalfejn kien qiegħed ikellmu hekk, is-sid tal-istabbiliment wieġbu: “Meta toqgħod mal-counter ma tagħmel xejn u tħossok ma tiflaħx, dak ma jissejjaħx xogħol.”

    Ali ammetta li matul il-ġurnata tal-Ħadd, wara li kien diġa ħadem mas-60 siegħa fil-ġimgħa, ħassu sturdament u ma felaħx ikompli. Huwa stqarr li, allavolja seta jifhem id-deċiżjoni ħarxa ħafna tas-sid tal-istabbiliment li jgħidlu biex ma jerġax jiġi, huwa ma fehmx għala s-sid ma riedx iħallsu l-paga ta’ dawk il-ġimgħatejn. 

    Biex jikkonferma dak li qallu Ali, dan is-sit ippruva jagħmel kuntatt mas-sid tal-istabbiliment innifsu, taħt l-apparenza li huwa ħabib ta’ Ali. Fil-fatt, is-sid tal-istabbiliment ċaħad li huwa jaf lil Ali, u anke meta dan is-sit ikkonferma miegħu li huwa kellu kopja tal-messaġġ li huwa bagħat lill-eks ħaddiem tiegħu bit-theddid, is-sid reġa saħaq: “Jien ma nafx min hu dan li qiegħed tgħidli. Jien lill-ħaddiema tiegħi kollha nħallashom kif suppost, u m’għandi nagħti flus lil ħadd.”

    Ali saħaq li ma xtaqx jiżvela l-identità personali tiegħu pubblikament, minħabba li dan it-tip t’abbuż ma kienx fil-każ personali tiegħu biss: “Sfortunatament, ħafna minnha qegħdin ngħaddu mill-istess storja. Naħdmu ġewwa ristorant, bar jew żviluppatur għal ftit ijiem, iħallsuna biżżejjed biex ngħix, biex imbagħad wara perjodu jew jgħidilna ma jridx iħallasna, jew inkella jgħidilna biex ma terġax tiġi l’hawn. Anke bit-theddid.”

    “Aħna m’għandniex saħħa. Sfortunatament, għajnuna ftit li xejn insibu. Wisq nibżgħu li jekk nuru wiċċna fil-pubbliku, is-sitwazzjoni għal sħabi taggrava, u nispiċċaw nsofru abbuż ikbar.”

    Mistoqsi għalfejn ddeċieda li jaqsam din l-esperjenza magħna, Ali wieġeb hekk: “Jiena irrid ngħix. Bħalissa, qiegħed nieħu kors u nistudja biex inkun nista verament ngħix ħajja diċenti f’dan il-pajjiż li laqagħni. Pero jiena u sħabi ma nistgħux nagħmlu dan, jekk dawn it-tip t’abbuż jibqgħu iseħħu.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0