Salvini jgħid li bil-Politika tiegħu ta' “Kattiv” qiegħed isalva l-ħajjiet

  • Aww 23, 2019 13:10
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini jinsab fiduċjuż li se jintlaħaq ftehim fil-Politika Taljana. Intant huwa qal li sakemm hu jibqa’ fil-kariga tiegħu, se jkun qiegħed jerfa’ r-responsabilità fuq spallejh u mhux se jkun qiegħed jaċċetta li jitħallew jidħlu immigranti fl-Italja.

    Salvini tkellem dwar l-immigrazzjoni u sejjaħ is-soluzzjoni li ttieħdet fl-aħħar ħin bħala “l-aħbar it-tajba” li ntlaħaq qbil mingħajr ma kienet affettwata l-Italja. 

    Il-Ministru Taljan qal li jixtieq li jibqa’ jokkupa l-kariga mhux biex iżomm is-siġġu, iżda biex jipproteġi liċ-ċittadini Taljani. Huwa tkellem dwar l-immigranti li ddaħħlu fl-Italja fl-2017 98,000 immigrant, sena wara, proprju ftit xhur wara li daħal fil-kariga tiegħu ddaħħlu 19,000 immigrant u din is-sena daħlu biss anqas minn 5,000. Salvini qal li issa f’idejn iċ-ċittadini biex jiddeċiedu min qiegħed jagħmel xogħlu l-aħjar f’isem iċ-ċittadin Taljan.

    Salvini qal li fil-verità l-pożizzjoni tal-oppożizzjoni hija ferm aktar faċli tikkritika u tgħid li jien kont nagħmel hekk u li ċertu għażliet mhux qegħdin jittieħdu b’għaqal, iżda fil-verità r-responsabilità tinsab f’idejn min jieħu d-deċiżjonijiet.

    Salvini tkellem ukoll dwar iċ-ċifri tal-immigranti li ntilfu jew għerqu fil-baħar mediterran. Huwa kkwota statistika li turi li li fl-2016 kien hemm 5,096 immigrant, 3,139 immigrant fl-2017, 2,277 fis-sena ta' wara u 839 immigrant f’din is-sena. Il-Ministru temm jgħid li din l-istatistika tikkonferma kemm il-Politika tal-Portijiet magħluqin għall-NGO’s li huma kompliċi f’dan it-traffikar tal-immigranti qiegħda ssalva l-ħajjiet.

    Huwa qal li tajjeb li dawk li kontinwament jikkritikawh u jqisuh bħala "kattiv" fost ħafna aġġettivi oħrajn, isegwu sew x’inhu jiġri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0