Il-gvern Portugiż jgħid li salva 132 immigrant mis-sena l-oħra 'l hawn... isostni li stati oħra fl-UE jeħtieġ li jagħtu sehemhom

  • Aww 23, 2019 11:49
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Portugall offra li jieħu 35 immigrant minn fuq il-bastiment tal-Ocean Viking.  

    Wara appell mill-Kummissjoni Ewropea l-gvern Portugiż fi stqarrija maħruġa minnu qal li anke Franza, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Lussemburgu lesti li huma wkoll jieħdu uħud mit-356 persuna abbord l-imsemmi bastiment. Ħafna minn dawn il-persuni huma Afrikani u kienu salvati barra mill-kosta Libjana.

    Il-bastiment li fuqu hemm dawn l-immigranti huwa stmat li ma jesax aktar minn 200 passiġġier.

    Il-gvern Portugiż żied jgħid li l-pajjiż salva mal-132 immigrant mis-sena l-oħra ‘l hawn. Żied jgħid li huwa dejjem se jkun hemm biex jgħin, iżda jeħtieġ li l-immigrazzjoni tiġi meħuda b’aktar serjetà mill-istati membri fl-Unjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0