Illum jingħata bidu għall-105 edizzjoni tal-Kampjonat Malti

  • Aww 23, 2019 00:31
  • Miktub minn iNews
"

    Illum jitla’ s-siparju tal-Kamponat BOV Premier għall-istaġun 2019/20 fejn iċ-champions Valletta jibdew id-difiża tat-titlu kontra Sta Lucia li flimkien ma’ Sirens u Gudja United huma timijiet kompletament ġod-da fl-ogħla diviżjoni.

    Sirens v Senglea A. – Iċ-champions tal-Ewwel Di­viż­joni, Sirens,  jagħmlu d-de­butt tagħhom fil-Kampjonat Premier meta jiffaċċjaw lil Senglea Athletic li fl-istaġun preċedenti spiċċaw fl-10 pożizzjoni.

    Sirens għamlu bosta akkwisti bi players li kienu jilagħbu fil-Premier fosthom Eddin Arab Siraj (Balzan), Adrian Borg u Luke Sciberras (St Andrew’s), Romeu Romao (Mosta) u Wellington de Oliveira (Qormi) filwaqt li kisbu wkoll il-firma ta’ Raphael Dos Anjos (Oriente Petrolero), Thiago Espindola de Paula (EC Tigres) u Ndubisi Okoye (Al Arabi).

    Is-Sengleani saħħew l-iskwadra tagħhom meta ngaġġaw lil David Xuereb u Connor Zammit (Hibernians), Dejan Debono (St Andrew’s), Karl Pulo (Gzira U.) u Sean Cipriott (Balzan). Bħala players barranin, huwa ffirmaw lil Sigitas Olberkis (FK Zalgiris), Wilfried Zamble Bi Koihy (Klofta Idrettslag), Romani Tchanturia (Dinamo Batumi), José Wilskon Teixeira Rocha (Tus Russingen) u Justin Micallef (Paramatta Eagles). 

    Gzira U. v Hamrun S. – Dan huwa konfront delikat bejn Gzira United u Hamrun Spartans, b’in­teress partikolari hekk kif fl-istaġun li għadda temmew iż-żewġ partiti ta’ bejniethom fi draws. Il-Maroons diġá wrew il-potenzjal tagħhom fil-UEFA Europa League u jidhru li se jkunu minn fost l-isfidanti ewlenin.

    Huma ssaħħew bl-in­klużjoni ta’ Arthur Oyama (Floriana), Jefferson De Assis (Sliema W.) u Martin Davis (St Andrew’s) filwaqt li importaw lil Hamed Kone (KF Feronikeli), Romario Camilleri (Como) u Ryoto Yokokawa (Seiki University).

    Min-naħa tagħhom, l-Ispartans irreġistraw lil Jean Claude Debattista (Swieqi U.), Clayton Failla (Birkirkara), Mattia Cinquini (FC Koniz), Soufiane Lagzir (Kawkab Marrakech), Nicola Leone (ASD Frattamaggiore), Umberto Varriale (US Termoli) u Valdo Alhinho Goncalves (FC Alvercia).

    Valletta v Sta Lucia – Iċ-champions Valletta jibdew favoriti li jirbħu t-tliet punti meta jaffrontaw lil Sta Lucia li għalihom se tkun “magħmudija tan-nar” fl-ogħla diviżjoni. Dawn tal-aħħar kisbu l-promozzjoni permezz tar-Relegation/Promotion Play-Off meta għall-ewwel darba team mill-Ewwel Diviżjoni għeleb lil dak tal-Premier, bil-vittmi jkunu St Andrew’s.

    Valletta, li diġá jgawdu skwadra b’saħħitha, għamlu ftit irtokki meta ffirmaw lil Kevin Tulimieri (Hamrun S.), Douglas Packer (Clube de Remo) u Yuri de Jesus Messias (Al Jabalain).

    Sta Lucia akkwistaw lis-sitt players Maltin, Jakob Walker (St Andrew’s), Omar Elouni (Sliema W.), Yandrick Cassar (Pietá H.), Lee Galea (Zebbug R.) u Daniel Agius u Neil Spiteri (Floriana) u lill-players barranin, Wilmer Martinez Ibarra (St George’s), Wilkerson De Souza Gomes (Sao Raimundo), Gabriel Bohrer Mentz (Botafogo), Kevin Pinheiro Correa (EC Juventude), Rei Tachikawa (FC Felgueiras), Farid Zuniga (Serzedelo), Ignacio Fideleff (Kemi Kings) u Maycon Santana (Real Esteli).

    Birkirkara v Floriana – Bla dubju, dan huwa l-aqwa konfront tal-ewwel programm hekk kif Birkirkara jiffaċċjaw lil Floriana. Iż-żewġ timijiet jimmiraw li jpattu għall-istaġun di­żappuntanti (li għadda) meta naqsu li jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej.

    Wara li tneħħitilhom il-proj­bizzjoni, Birkirkara setgħu jirreġistraw l-akkwisti l-ġodda meta kienu ferm attivi fis-suq tat-trasferimenti meta ffirmaw lil Federico Falcone (Boavista), Miguel Angel Alba (Valletta), Roderick Briffa (Gzira U.), Jefferson De Sousa Ferreira (Nacional AC), Edison Luis dos Santos (Al Shoulla), Enrico Pepe (Hamrun S.), Henrique Prado Caio (Inter Ibiza), Yannick Yankam (Qormi) u Isaac Toah Ntow (Hibernians)

    Floriana rreċiprokaw bl-akkwisti ta’ Jan Busuttil (Pietá H.), Tiago Adan Fonseca (Hibernians), Augusto Caseres, Matias Nicolas Garcia u Fransisco Venancio da Silva (Senglea), Romario Memezes (EC Crato), Moustapha Beye Muhamadou (Pau FC), Andrea Cassar (Tarxien R.) u Ryan Camenzuli (Birkirkara).

    Gudja U. v Hibernians

    Id-debuttanti Gudja Uni-ted se jibdew b’partita dif-fiċli kontra Hibernians li fl-istaġun li għadda fallew milli jirbħu l-kampjonat bl-għoti tal-penalties fil-logħba deċiżiva għar-rebħ tat-titlu kontra Valletta.

    Il-Gudjani ma naqsux milli jkunu attivi fl-akkwisti tal-players hekk kif huma ffirmaw lil Hubert Vella (Zebbug R.), Dylan Grima (Floriana), Justin Grioli (Balzan), Aidan Friggieri (St Andrew’s), Timothy Aquilina (Sliema W.), Anderson De Barros (Tarxien R.), Carlos Santana Barroso (Concordia AC), Juan Andres Bolanos u Rundell Renold Winchester (CD Platense) u Allan Ricardo Mirand (LD Alajuelense).

    Min-naħa ta’ Hibernians, dawn irreġistraw lil Matthew Calleja Cremona (St Andrew’s), Leonardo Nanni (Atletico Calcio), Terrence Groothusen (Olympia Harlem), Myles Beerman (Gzira U.) u Ayrton Attard (Birkirkara). 

    Tarxien R. v Mosta –  Din hija logħba bejn żewġ timijiet li spiċċaw fin-naħa t’isfel tal-klassifika fl-istaġun li għadda bir-Rainbows jiġ­ġieldu għas-salvazzjoni u għaldaqstant għan­­­d­ha tkun partita bi­lan­ċjata u miftuħa għal kull riżultat.

    Ir-Rainbows akkwistaw lil Deyan Aquilina (Fgura U.), Rudy Briffa (Hibernians), Brandon Muscat (Birkirkara), Ayrton Azzopardi (Sliema W.), Manuel Caruana (Sta Lucia), Mauro Hammett (Kalkara) u Matthew Degiorgio (Kirkop U.)

    Min-naħa ta’ Mosta, ingaġġaw lil Karl Formosa (St Lawrence S.), Matias Muchardi (Sliema W.), Christian Grech (Pietá H.), Matthias Said (Gozo FC), Edin Murga (FK Tuzla C.), Weverton Gomez Souza (Londrina EC) u Momodou Jallow Salieu (CD Madridejos). 

    Balzan v Sliema W. – Il-holders tal-FA Trophy, Balzan, jilagħbu kontra Sliema Wanderers li ġejjin minn staġun diżappuntanti hekk kif naqsu milli jikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej.

    Balzan saħħew l-iskwad­ra tagħhom billi rreġistraw lil Kristijan Naumovski (Birkirkara), Zak Grech (OFK Belgrade), Jamie Ze-rafa (FK Indija), Stefan Dimic (FK Mladost Lucani), Agustine Loof (FC Eindhoven) u Arthur Faria Machado (Resende FC).

    Min-naħa tal-Wanderers, dawn iffirmaw lil Antonio Stelitano (Anduud C.), Gabriel Aquilina (Tarxien R.), Juan Cruz Gill (Valletta), Stanimir Miloskovic (Victoria H.) u José Cleangelo Pereira (Caucaia).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0