Gianluca Vialli viċin li jkollu l-assi ta’ Sampdoria

  • Aww 23, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    Kien hemm laqgħa ferm pożittiva bejn il-president attwali ta’ Sampdoria Massimo Ferrero u l-grupp tal-ex player Doriano, Gianluca Vialli, sabiex bil-mod il-mod jgħaddu l-assi tal-club lill-grupp bl-isem ta’ Holding Max SRL. Vialli ffirma ittra inizjali sabiex din it-trattativa tiġi fis-seħħ u b’hekk ikun jista’ jieħu l-klabb f’idejh.

    B’hekk f’Settembru mistennija tispiċċa l-era tal-president Ferrero li qatt ma kien nieqes mill-kontroversji. Kien fit-12 ta’ Ġunju tas-sena 2014 li l-produttur tal-films Taljani ħa f’idejh it-tmun tal-club wara li l-predeċessur tiegħu, Edoardo Garrone, spiċċa bil-club kompletament midjun. Ħafna jiftakru lil Ferrero bil-botti satiriċi tiegħu fuq it-televiżjoni waqt xi intervista wara xi partita fejn Sampdoria kienu jilagħbu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0