Ġenituri jeħilsu sentenza ta’ ħabs minkejja li nstabu ħatja li żammew lil binthom fuq dieta vegan stretta bil-konsegwenza li kważi qatluha

  • Aww 22, 2019 21:00
  • Miktub minn iNews
"

    F’Sydney l-Awstralja, ġenituri rnexxielu jeħilsu ikla ħabs, minkejja li ammettaw u nstabu ħatja li kważi qatlu lil binthom ta’ 19-il xahar wara li żammewha fuq dieta vegan stretta.

    Il-Qorti kkundannat lill-koppja 18-il xahar f’ordni korrettiva intensiva u 300 siegħa ta’ xogħol fil-komunità. Dan minkejja li fil-qorti il-ġenituri ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.

    Id-dieta tat-tifla kienet tikkonsisti f’tazza waħda oats bil-ħalib u nofs banana għall-kolazzjon, loqma toast midluka bil-peanut butter għal nofsinhar u ross bit-tofu jew patata għall-ikla ta’ filgħaxija.

    Fir-rapport tagħhom, il-Pulizija qalu li lit-tifla sabuha qisha għandha tliet xhur u mhux 19-il xahar. Ir-rapport ikompli jgħid li t-tifla ma rċevietx vaċċini mediċinali meħtieġa u kienet qiegħda tbati minn marda fl-għadam li ma setgħetx tirkupra minnha.

    Il-Qorti, fis-sentenza tagħha qalet li t-tifla għandha tittieħed mill-kustodja tal-ġenituri u tmur tgħid ma’ familja oħra fi Queensland.

    L-ismijiet tal-ġenituri u tat-tifla ma jistgħun jixxandru minħabba raġunijiet legali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0