Impjegati ta’ MAPFRE Malta jorganizzaw ħarġa bid-dgħajsa għas-subien ta’ St Patrick’s Residential Home

  • Aww 22, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews
"

    Bħala parti mill-impenn kontinwu għar-responsabbiltà soċjali, il-kumpanija tal-assigurazzjoni MAPFRE Malta organizzat vjaġġ bid-dgħajsa għal uħud mir-residenti żgħażagħ li huma residenti fid-dar residenzjali St Patrick’s. 

    Din id-dar tipprovdi akkomodazzjoni lill-adoloxxenti u żgħażagħ li minħabba ċirkostanzi personali jew soċjali, jiġi bżonn saqaf taħt rashom, u dawn jiġu milqugħa u appoġġjati f’din id-dar. Kull żgħażugħ jingħata s-sapport li għandu bżonn, u dawn jkunu akkumpanjati waqt il-vjaġġ tagħhom biex jkunu jistgħu jintegraw mill-ġdid mal-familjari tagħhom, jew f’każijiet oħra, biex jibdew jgħixu ħajja indipendenti. 

    Din is-sena, grupp ta’ 10 impjegati minn MAPFRE Malta, flimkien ma’ numru ta’ membri min din id-dar, qattgħu ftit ħin flimkien waqt vjaġġ bid-dgħajsa. Bosta impjegati attendew flimkien mat-tfal tagħhom, li kellhom iċ-ċans jintegraw flimkien mas-subien minn din id-dar residenzjali. 

    Kim Martin, li hija l-Kap tal-Underwriting f'MAPFRE Middlesea, qalet li l-attivita’ kienet waħda mill-isbaħ. “Kien ta’ privileġġ li kellna ċ-ċans nqattaw ħin ma’ dawn ir-residenti, u stajna naraw kemm tassew huma idedikati l-voluntiera u l-impjegati ta’ din id-dar. M’hemmx għalfejn ngħidu li dawn is-subien jistħoqqilhom l-imħabba u r-rispett li jirċievu,” hi qalet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0