BOV u l-GWU jiffirmaw ftehim kollettiv għas-support employees

  • Aww 22, 2019 10:45
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Bank of Valletta ffirma ftehim kollettiv ta’ tliet snin għas-support employees tal-Bank of Valletta għas-snin 2019 sal-2021.

    L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-BOV Mario Mallia, akkumpanjat mill-Uffiċjal Kap għall-Etika u l-Iżvilupp tal-Impjegati Anthony Scicluna u l-Eżekuttiv tal-HR Ray Debattista ffirmaw il-Ftehim Kollettiv f'isem il-Bank of Valletta.

    Riccarda Darmanin li reċentement ġiet maħtura Segretarja tat-taqsima għall-Professjonisti, Finanzi u Servizzi, akkumpanjata mill-membri tal-Kumitat tal-Grupp għall-BOV, irrapreżentaw il-General Workers' Union.

    ‘Dan il-ftehim ikompli jsaħħaħ il- kundizzjonijiet tal-impjieg tal-kollegi tagħna u jkompli jikkonsolida l-pożizzjoni tal-Bank of Valletta bħala employer of choice f'Malta’ qal is-Sur Mallia "Dan il-ftehim għandu l-għan li jkompli jtejjeb il-bilanċ bejn il-ħtieġa għal kwalità u effiċjenza akbar fix-xogħol u titjib tal-kundizzjonijiet għall-impjegati.'

    ‘Dan il-ftehim huwa r-riżultat ta’ negozjati kordjali f'ambjent impenjattiv ħafna. Madankollu, dawn in-negozjati ssarrfu f'kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar fost benefiċċji oħra,’ qalet Riccarda Darmanin. "Dan il-ftehim itejjeb l-aspett finanzjarju u kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati, u l-Bank u l-GWU ser ikomplu bil-kollaborazzjoni tagħhom biex jipprovdu ambjent tax-xogħol aħjar."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0