Il-Kummissarju tal-Pulizija jgħid daqshekk għal karozzi użati lid-distretti

  • Aww 22, 2019 10:32
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar iddikjara li spiċċa ż-żmien li l-pulizija tad-distretti jingħataw karozzi li jkunu ilhom jiġu intużati mit-taqsimiet speċjalizzati fil-Korp.

    Huwa rrimarka dan hekk kif quddiem il-Parlament ġew inawgurati l-aħħar 21 minn 50 karozza li se jmorru għad-distretti. Il-vetturi huma tal-għamla Peugeot.

    Dawn inxtraw b'fondi nazzjonali għal €850,000 wara sejħa għall-offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti.

    Magħhom se jiżdiedu 24 vettura oħra biex hekk kull għassa se jkollha karozza li l-massimu ta' eta tagħhom hija ta' sena.

    Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia semma kif minbarra l-investiment fil-vetturi fl-għases se jkun jitwaħħlu wkoll 'hotlines' biex jekk l-għassa tkun magħluqa persuna li jkollha bżonn l-għajnuna tkun tista' tikkuntattja lill-Kwartieri Ġenerali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0