Express Trailers Tinvesti F’VRT Station Ġdida

  • Aww 21, 2019 16:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumpanija ta’ Express Trailers, Express VRT Ltd, għadha kemm inawgurat il-VRT Service Centre il-ġdid tagħha. Dan il-VRT Garage, li qabel kien jinsab fil-binja operattiva ta’ Express Trailers, issa ġie rilokat f’binja ferm akbar u iżjed moderna qrib il-head office ta’ Express Trailers, fuq nett f’Triq l-Imgieret, u ma’ ġenb id-depot ta’ ShipLowCost.

    “Minbarra li ovvjament inħasset il-ħtieġa li jkollna spazju operattiv aħjar biex naħdmu b’mod iżjed effiċjenti, l-għan ewlieni ta’ dan l-investiment kien sabiex noħolqu ambjent li jkun ta’ iżjed sigurtà għan-nies tagħna li jmexxu l-operat tal-VRT u għall-ħafna klijenti li jużaw is-servizz. L-impjegati u l-klijenti, issa jistgħu igawdu ambjent iżjed sigur,” qal Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta’ Express Trailers.

    “Is-sigurtà tibqa’ l-iżjed aspett important f’kull livell ta’ l-operat ta’ Express Trailers. Il-VRT jsir sabiex niżguraw li l-karozzi jkunu siguri fuq it-triq u għalhekk, bħala ambaxxaturi tas-sigurtà fuq it-triq, kburin li wettaqna dan l-investiment sostanzjali sabiex noffru servizz modern u sigur ta’ VRT testing,” żied jgħid Franco Azzopardi.

    Express Trailers ilha toffri s-servizz ta’ VRT għal iżjed minn għaxar snin. Minbarra servicing ta’ vetturi normali, l-Express VRT Service huwa mgħammar sabiex iwettaq VRT fuq il-vetturi industrijali il-kbar kif ukoll flotot ta’ vetturi kummerċjali u tal-kiri.

    L-Express VRT Station tiftaħ kuljum bejn is-7am u l-4pm u s-Sibt bejn is-7am u 12pm. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 25589902. Għal aktar konvenjenza, il-klijenti jistgħu jgħażlu li jħallu l-vettura għat-testing u jkunu kkuntattjati biex jiġbruha lura hekk kif tkun lesta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0