Fl-ewwel sitt xhur żdiedu b'7.4% dawk li siefru

  • Aww 21, 2019 14:45
  • Miktub minn iNews
"

    Bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena dawk li siefru żdiedu b'7.4% fuq dawk li ħallew Malta fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet.

    Ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li f'dan il-perjodu dawk li ħallew Malta kienu 305,001 li bejniethom qattgħu 2.4% aktar iljieli minn dawk li siefru fl-ewwel sitt xhur tal-2018.

    Huma nefqu €244.6 miljun barra li kien ifisser 10.4% aktar minn dak minfuq bejn Jannar u Ġunju tas-sena li għaddiet.

    L-NSO sab ukoll li bejn April u Ġunju li għadda n-numru ta' persuni li siefru żdied bi 8.2% fuq dawk li ħallew Malta fl-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.

    B'kollox ħallew Malta 158,161 persuna bl-Italja u r-Renju Unit jibqgħu l-iktar destinazzjonijiet popolari b'52% tas-suq bejniethom.

    Huma qattgħu 990,045 lejl barra l-pajjiż li kien ifisser żieda ta' 5% fuq it-tliet xhur tas-sena li għaddiet.

    Anke l-infieq żdied hekk kif intefqu 11.4% aktar flus mill-perjodu April-Ġunju 2018 u laħaq il-€131.7 miljun b'mejda ta' €833 kull persuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0