“L-Unjins għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom fil-Kumitati Parlamentari” - L-Ispeaker Anġlu Farrugia

  • Aww 21, 2019 13:23
  • Miktub minn iNews
"

    L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Dr Anglu Farrugia ppropona biex il-unjins ikunu msejħa ħalli jagħtu l-opinjoni tagħhom fil-Kumitati Parlamentari meta dawn ikunu qed jiddiskutu liġijiet li jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

    L-Ispeaker għadda dan il-proposta waqt li kien qed jindirizza sessjoni speċjali tal-Kunsill Nazzjonali tal-General Workers’ Union (GWU) fil-Workers’ Memorial Building. 

    Huwa ntlaqa’ mill-amministrazzjoni ċentrali tal-GWU komposta mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja, il-President Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri. Huwa kellu l-okkażjoni wkoll li jiltaqa’ mal-impjegati tal-GWU u s-sezzjoni tal-midja tagħha. 

    Fid-diskors tiegħu, Dr Farrugia semma kif sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, il-GWU dejjem imbottat ‘il quddiem diversi drittijiet tal-ħaddiema. Huwa fakkar kif il-fundatur tal-union, Reggie Miller kien għamel diversi kundizzjonijiet lill-Gvern ta’ dak iż-żmien fosthom illi jidħol id-dritt li n-nisa jivvotaw.

    Huwa rrefera għall-proposta tal-GWU dwar sħubija mandatorja fi trejdunjin u qal li jaqbel perfettament magħha. Qal ukoll li ż-żewġ partiti għandhom jifhmu li l-ħaddiem irid jiġi protett il-ħin kollu.

    Intant, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja stqarr li jekk hemm istituzzjoni fil-pajjiż li huwa xempju tar-rule of law hu l-Parlament. Qal li sfortunatament, bil-mod kif id-dinja qed tinbidel illum, qed ikun hemm abbużi li huma legali.

    “Fejn inti qabel kien ikollok lil kulħadd impjegat mal-istess post tax-xogħol, meta daħal il-prinċipju tal-equal pay for job of equal value, kien japplika għal kulħadd. Illum f’kull post tax-xogħol issib erba’ tipi ta’ employers u qed nispiċċaw f’sitwazzjoni li moralment hi inġusta fejn pereżempju se jkollok żewġ carers jew operators li qed jitħallsu b’differenza kbira,” tenna Bugeja. 

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU qal li: “l-prinċipju li qed ngħidu aħna, dwar id-dritt tal-impjegat li jkun imsieħeb f’unjin tal-għażla tiegħu, mhux qed ikun gawdut minn kulħadd. Għandna sitwazzjoni fejn baħħara kienu jtuhom €5 kuljum biex jgħixu.”

    Ritratti: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0