Frank Salt Real Estate jiċċelebraw il-50 Anniversarju

  • Aww 21, 2019 13:11
  • Miktub minn iNews
"

    “Qegħdin niċċelebraw il-50 Anniversjarju u rridu nantiċipaw il-50 sena li ġejjin.  Irridu niżguraw li jkollna l-pedamenti biex inkomplu nantiċipaw il-bidliet fis-suq tal-proprjetà. Irridu ikomplu nikbru, ninbidlu u nkunu innovattivi, waqt li komplu nibnu fuq dak li kien pożittiv u b’saħħtu dwar l-istorja u l-kultura.  Irridu nibqgħu pijunieri fil-futur  tas-suq tal-proprjetà f’pajjiżna, nadattaw għal dinja li dejjem qed tinbidel b’mod mgħaġġel”.

    Dan kien il-messaġġ ewlieni taċ-Ċermen Frank Salt f’festin li fih ġie ċċelebrat il-50 anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-kumpanija. Il-festin li għalih kien hemm mistednin mal-1,000 persuna, sar fil-Forti Sant Anġlu fil-Birgu. 

    Il-festin ġabar flimkien  l-impjegati, eks impjegati, nutara, avukati, klijenti u żviluppaturi.

    Fiċ-ċelebrazzjonijiet li kienu kkordinati mid-direttur tal-kumpanija Douglas Salt, spikkaw panels tal-LED li fih inwerew  immaġini mill-vjaġġ li għaddiet minnu il-kumpanija Frank Salt Real Estate matul dawn il-50 sena. 

    F’din l-okkażjoni saret pittura ta’ Frank Salt mill-artist Edoardo La Francesco, liema pittura ġiet ippreżentata waqt diskors emozzjonali li għamel Frank Salt.

    “Ħafna mill-mertu għal dan is-suċċess hu għall-impjegati li kellna matul s-snin. Ma nistax ma nfakkarx fil-kollaborazzjoni kbira   li kellna matul l-aħħar snin u li għad għadna sa llum ma’ nutara,  managers ta’ banek, periti, żviluppaturi,  u anke mal-kompetituri tagħna f’dan is-settur”, iddikjara Frank Salt. 

    “Il-kumpanija tagħna hi n-nies li ħadmu magħna matul dawn is-snin.  Bħala kumpanija inħossuna xortina tajba li kellna ħaddiema abbli, jaħdmu magħna”, iddikjara is-Sur Salt.

    Frank Salt iċċelebrat il-50 sena b’diversi inizjattivi u attivitajiet.  Proġett sinifikanti kien dak ta’ investiment ta’ aktar minn €120,000 lil Inspire, fejn ġew istallati panelli solari.  Id-Direttur tal-kumpanija Graham Salt, sostna li “s nkomplu nibnu fuq il-prinċipju li nagħtu xi ħaġa lura. Illum aktar minn qatt qabel nafu kemm l-ambjent hu importanti  u hu għalhekk li waqqafna il-kampanja ‘Go Environmental”. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0