Il-Prim Ministru jilqa’ ċ-ċiklisti ta’ LifeCycle

  • Aww 21, 2019 13:04
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat laqa’ grupp ta’ ċiklisti u l-back-up team fil-Berġa ta’ Kastilja qabel ma jitilqu għan-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge. Preżenti waqt iż-żjara ta’ kortesija kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji l-Onor. Dr Clifton Grima,ir-rappreżentanti tal-isponsor ewlieni Nestlé, il-Maniġer għal Marketing and Corporate Communications Alfred J. Borg u l-Maniġer Għoli fit-taqsima tal-Coffee & Confectionery Charlene Ellul.


    Iċ-ċiklisti kienu akkumpanjati mill-Fundatur tal-LifeCycle Alan Curry u ċ-Chairperson Dr Shirley Cefai. Filwaqt li rringrazzjat lill-Prim Ministru talli ltaqa’ magħhom, Dr Cefai qalet: “Hu mument sinifikanti ħafna li l-Prim Ministru jsib il-ħin biex juri l-appoġġ f’isem il-poplu ta’ Malta għall-ħidma kontinwa ta’ LifeCycle għall-benefiċċju tal-pazjenti li jbatu minn problemi fil-kliewi f'pajjiżna. 

    “Sadanittant, it-tħejjijiet tagħna għall-21 edizzjoni tan-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge għadhom għaddejjin. Il-mira tagħna hi li jinġabru l-fondi tant meħtieġa biex inkomplu nappoġġjaw u nieħdu ħsieb persuni li jbatu bil-kliewi u l-familji tagħhom. LifeCycle tgħin kważi mat-300 pazjent fis-sena, li uħud minnhom m’humiex kbar fl-età. biex itaffu mill-ħtiġijiet ġodda f'ħajjithom. Minbarra l-appoġġ tanġibbli, il-fatt li dawn il-pazjenti llum jafu li l-LifeCycle qed tipprova tgħinhom biex ikollhom spinta ta’ inkuraġġiment kbira għalihom”.

    Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) hi l-unika NGO li tiġbor fondi biex tappoġġja lill-pazjenti tal-kliewi. Taħdem id f’id mal-istaff mediku tat-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei u t-tim ta’ riċerka dwar il-mard tal-kliewi fl-Università ta’ Malta permezz tal-Fond ta’ Riċerka (RIDT).  Barra minn hekk, il-Fondazzjoni LifeCycle kompliet iżżid l-għarfien dwar trapjanti ta' organi f'Malta b'kollaborazzjoni mat-Transplant Support Group.

    Din is-sena, Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge se tieħu liċ-ċiklisti fuq rotta ta’ 2,000 kilometru, li tibda mill-Vjetnam, għal Laos u l-Kambodja. Se ssir bejn id-9 u l-24 ta' Settembru 2019.

    Il-Maniġer għal Marketing and Corporate Communications ta’ Nestlé Alfred J. Borg qal: "Ninsabu sodisfatti li qed inkunu assoċjati ma’ LifeCycle Foundation, NGO li taħdem bla heda biex tgħin tant lis-soċjetà. Dan il-prinċipju hu konformi mal-impenn korporattiv ta’ Nestlé li jappoġġja l-komunitajiet fejn noperaw.”

    L-isfida għandha l-appoġġ ukoll ta’ DataCore, Laferla Insurance, Nexia BT, Paddy Power Betfair Ltd, The Basement Bar, BPC Interntional Ltd, Alfred Mizzi Foundation u Tri-Mer bħala Platinum sponsors, OzoGroup, PAVI-PAMA PG Group u GO plc bħala Gold sponsors, Smart Technologies, MGI Malta, Strek, MAPFRE MSV Life u APS Bank bħala Silver sponsors. Filwaqt li fost il-Bronze sponsors hemm: Logografix Signs Pace & Pace, Top Choice, MA & A, DSL, Eucerin, BridgePoint, Malta Properties, RS2, Maypole, Dino Fino, Gamesys Employees, Carmelo Delia, Crane Currency Malta Ltd, Jesmond Mizzi Financial Advisors, Globex Freight Management Ltd, Omni Freight Services Ltd, KSI Malta, Medelec, Satariano, BNF Bank, MCE, AB Wholesale and Trades, 1st Cospicua Scouts Group, Gasan Mamo Insurance, Fexserv Financial Services, u MFF Ltd, Hal-Tmiem Butcher u FINCO.                                                     

    Donazzjonijiet għan-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge 2019 jistgħu jintbagħtu permezz ta’ sms: 5061 7370 = €2.33; 5061 8920 = €6.99; 5061 9229 = €11.65; jew permezz ta’ telefonata fuq 5160 2020 = €10, 5170 2005 = €15; u 5180 2006 = €25. Dettalji tal-bank huma kodiċi Swift VALLMTMT, numru IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017, isem tal-bank Bank of Valletta, numru tal-kont 14814521017.

    Għal aktar tagħrif u biex tgħin lil LifeCycle Challenge 2019 żur: www.lifecyclefoundation.com jew Fb: https://www.facebook.com/LifeCycleChallenge/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0