Mistenni kwalità ta’ inbid għoli ħafna wara l-ammont ta’ xita li għamlet

  • Aww 21, 2019 12:17
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

     

    L-indikazzjonijiet juru li peress li d-dwieli għamlu ammont inqas ta’ għeneb u minħabba li d-dwieli din is-sena kienu b’saħħithom minħabba l-ammont ta’ xita li għamlet, qiegħed jiġi mistenni kwalità ta’ inbid għoli ħafna.

    Minkejja li t-temp għal din is-sena kien jidher li se jkun wieħed favorevoli u li se jrendi f’ammont sostanzjali ta’ għeneb, fil-verità dan ma kienx il-kas hekk kif qiegħed jiġi mistenni nuqqas ta’ madwar 20% meta wieħed jikkumpara mal-2018.

    Dan ġie kkonfermat mill-Kap Eżekuttiv tal-Marsovin Jeremy Cassar f’konferenza fejn fiha spjega l-andament tal-ħsad tal-għeneb tas-sena 2019.

    Cassar spjega li din is-sena l-ammont ta’ preċipitazzjoni kien ta’ livell tajjeb hekk kif ġew reġistrati 566mm ta’ xita f’Ħal Luqa bejn ix-xhur ta’ Settembru 2018 u Awwissu 2019. Huwa qal li dan kien element pożittiv għax ix-xita toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għad-dielja. Minn naħa l-oħra, is-sena kienet ikkaratterizzata minn temperaturi kesħin u dawn dewmu ż-żmien ta’ meta d-dielja tibda ċiklu ġdid.

    Cassar qal li mill-ewwel indikazzjonijiet, jidher li mhux għal kull varjetà hija l-istess storja. Huwa spjega li l-inbid Chardonnay jidher li se jkun tajjeb iżda s-Sauvignon Blanc mhux se jkun tajjeb daqs is-sena l-oħra. Cassar qal ukoll li din se tkun sena tajba għall-inbejjed ħomor iżda mhux għall-bojod. Huwa qal, “dan huwa diżappuntanti għax m’hemmx biżżejjed għeneb. Qegħdin nikkalkulaw mal-20% inqas għeneb mis-sena l-oħra.” F’ċertu lokalitajiet kien hemm saħansitra telf ta’ aktar minn 50%. Għal din ir-raġuni, Marsovin tkompli bl-appell tagħha li għamlet fil-passat biex jinżeraw aktar dwieli indiġeni li sena wara sena jkomplu jonqsu.

    Cassar qal ukoll li mil-lat lokali l-Girgentina u l-Gellewza huma importanti ħafna u qiegħed ikun hemm aktar domanda għalihom. Għalhekk, żied jgħid, huwa importanti li jinżeraw aktar minn dawn il-varjetajiet u fakkar kif tħawwlu 18,000 dielja minn dawn il-varjetajiet.

    Huwa spjega li raġuni ta’ għalfejn m’hemmx għeneb biżżejjed hija relatata mad-domanda li dejjem kulma tmur qiegħda tiżdied. Cassar qal ukoll li l-fatt li mhawnx biżżejjed bdiewa u inċentivi għadha toħloq problema fis-settur. Huwa qal, “jekk il-pajjiż verament irid jieħu ħsieb l-ambjent għandna nagħtu aktar importanza lil dan is-settur. Min jipproduċi l-inbid huwa wieħed mill-akbar kontributuri lejn l-ambjent.” Cassar qal li b’aktar investiment u riċerka, minn sena għall-oħra dan is-settur jista’ jimxi aktar ‘il quddiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0