“Il-PN ipprova jinganna u jbeżża’ bil-gidba li se nneħħu s-siġar tat-Telgħa tas-Saqqajja... jiżdiedu 61 siġra”

  • Aww 21, 2019 09:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li l-Partit Nazzjonalista pprova jinganna u jbeżża’ bil-gidba li se jitneħħew s-siġar tat-Telgħa tas-Saqqajja.  Borg kompla biex jgħid li qatt ma kien hemm dak il-ħsieb.

    Il-Ministru kompla jispjega li għal ħafna snin, kull meta f’dik it-triq mietet jew tqaċċtet xi siġra, ħadd ma ħa ħsieb jibdilha m’oħra ġdida. Minkejja dan kollu, illum infrastructure Malta se tkun qiegħda tneħħi l-fdalijiet tas-siġar mejtin biex minflokhom tħawwel siġar taż-żnuber ġodda.

    Sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa, fit-Telgħa tas-Saqqajja se jiżdiedu 61 aktar siġar indiġeni taż-żnuber milli hemm illum. 

    Borg temm jgħid li "Ħaddieħor jaf biss jipponta s-swaba u jigdeb. Aħna determinati li nibqgħu naħdmu għal infrastruttura effiċjenti u sostenibbli, u għal ambjent aħjar."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0