Jingħataw permess biex jinżlu f’Lampedusa wara kważi 20 ġurnata bejn sema u ilma

  • Aww 21, 2019 09:46
  • Miktub minn iNews
"

    Wara kważi 20 ġurnata bejn sema u ilma, it-83 immigrant abbord il-bastiment tas-salvataġġ “Open Arms” ingħataw permess biex jinżlu f’Lampedusa. L-“Open Arms” kien ankrat mat-800 metru ‘l bogħod mill-gżira Taljana, bl-awtoritajiet tal-pajjiż jirrifjutaw id-dħul tiegħu u Spanja toħroġ b’numru ta’ soluzzjonijiet differenti li l-NGO kollha rrifjutat.

    L-immigranti tniżżlu minn fuq l-“Open Arms” wara li Prosekutur Taljan ordna l-konfiska tal-bastiment u l-evakwazzjoni tal-persuni abbord. Il-bastiment daħal fil-port ta’ Lampedusa t-Tlieta għall-ħabta tal-11.30 p.m., eskortat minn żewġ dgħajjes tal-għassa tal-Gwardja tal-Kosta Taljana. 

    F’filmat ippubblikat mill-NGO Spanjola, l-immigranti dehru jiċċelebraw id-deċiżjoni ta’ Patronaggio b’ċapċip u tgħanniq, waqt li jiżbarkaw mill-bastiment wara spezzjoni ta’ ftit minuti mill-pulizija tal-port.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0