Hirving Lozano ma’ Napoli

  • Aww 21, 2019 00:44
  • Miktub minn iNews
"

    Wara ritratt li ppubblikat mart il-player Messikan, Hirving Lozano, fuq il-profil tagħha ta’ Instagram, ġie kkonfermat li l-attakkant qabad l-ajruplan lejn l-Italja sabiex fis-sigħat li ġejjin jingħaqad ma’ Napoli. Fil-fatt il-player ta’ 24 sena mistenni jasal Ruma fis-sigħat li ġejjin sabiex eventwalment jagħmel it-testijiet mediċi meħtieġa u jingħaqad mat-team immexxi minn Carlo Ancelotti.

    Kienet trattativa xejn faċli bejn id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli u dak ta’ PSV Marcel Brands li waslet biex kien hemm żblokk pożittiv.

    Lozano qal li jinsab eċċitat għal din l-avventura ġdida tiegħu ma’ Napoli u l-ħolma tiegħu hi li jirbaħ il-kampjonat Taljan. Dan se jkun it-tielet klabb ta’ Lozano wara li aktar qabel lagħab ukoll ma’ Pachuca.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0