Rebħa komda għal Sirens

  • Aww 20, 2019 20:59
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Kampjonat Premier - Play-Offs

    Sirens............................ 17

    Exiles............................ 13

    (5-4, 4-2, 7-2, 1-5)

    Sirens ftit li xejn tħabtu  biex għelbu lil Exiles bl-iskor ta’ 17-13, u b’hekk, flimkien ma’ San Ġiljan, kisbu post fis-semi-finali.

    Mas-suffara inizjali it-team minn San Pawl il-Baħar ħareġ b’mod aggressivi u rebaħ l-ewwel sessjoni b’punteġġ ta’ 4-3 bl-awturi tal-goals ikunu Paul Privitera li rreġista poker personali, bil-goal l-ieħor jasal minn Christian Presciutti.

    Min-naħa l-oħra, Jelaca, Vukicevic u Sullivan (2) wieġbu għal Exiles.

    Sirens ittrijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-2, b’Marc Grech, Gallo, Presciutti minn penal­ty u Riolo jsibu x-xibka għalihom filwaqt li Philip Paris u Cousin skorjaw għal Exiles.

    Sirens komplew għad­dej­jin u  ħarġu wkoll rebbieħa fit-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 7-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Caruana, Aquilina minn man-up wara li tkeċċa  Griscti, Presciutti (2), Gallo minn penalty, Brownrigg u Marc Grech. Min-naħa l-oħra, Cousin u Vukicevic skorjaw għal Exiles.

    Bir-rebħa diġá assigurata, Sirens irrilassaw fl-aħħar sessjoni u tilfuha bl-iskor ta’ 5-1 bi Privitera jiskorja għalihom, waqt li Jelaca (2), Sullivan, Vukicevic u Nicky Paris skorjaw għal Exiles

    Sirens: 1-Nicky Grixti, 2-Je­rome Zerafa Gregory, 3-Christian Presciutti (4), 4-Paul Privitera (5), 5-Marc Grech (2), 6-John Brownrigg (1), 7-Isaiah Riolo (1), 8-Valentino Gallo (2), 9-John Napier, 10-Edward Aquilina (1), 11-Luke Caruana (1), 12-Matthew Sciberras, 13-Owen Gauci - Coach: Sasko Popovski

    Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Michele Stellini, 3-Andrew Magri, 4-Marko Jelaca (3), 5-Timmy Sullivan (3), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fe­nech, 8-Kurt Griscti, 9-Milos Vukicevic (3), 10-Aurelien Cousin (2), 11-Nicky Paris (1), 12-Philip Paris (1), 13-Max Martin - Coach: Igor Vukanovic

    Referees: Massimo Angileri, Alessandro Severo

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0