San Ġiljan jikkwalifikaw għas-semi-finali

  • Aww 20, 2019 20:25
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Kampjonat Premier - Play-Offs

    San Ġiljan..................... 18

    Marsaxlokk................... 12

    (6-3, 2-4, 5-1, 5-4)

    San Ġiljan għelbu lil Marsaxlokk 18-12 biex ikkwalifikaw għas-semi-finali tal-play-offs.

    Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari hekk kif rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-3 bil-goals jaslu mill-captain Matthew Zammit li rreġistra hat-trick, Niksa Dobud li skorja doppjejtta u Dino Zammit.

    Min-naħa l-oħra, it-tliet goals għax-Xlukkajri waslu mis-solitu Ivan Nagaev.

    Fit-tieni sessjoni Marsa­xlokk wettqu reazzjoni mill-aqwa u ħarġu rebbieħa bil-punteġġ ta’  4-2 bl-awturi tal-goals ikunu Julian Rizzo Naudi, Ivan Nagaev u Andrija Vlahovic (2) bit-tieni goal jasal minn sitwazzjoni ta’ man-up wara li tkeċċa Dino Zammit. Dan filwaqt li Niksa Dobud u Matthew Zammit sabu x-xibka għas-Saints.

    Fit-tielet sessjoni San Ġiljan kienu dominanti u ma kienet l-ebda sorpriża li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-1, bil-protagonisti jkunu Darren Zammit, Gulllermo Molina, Matthew Zammit (2) u Andreas Galea.

    Min-naħa l-oħra Andrija Vlahovic minn back-hand stupend mill-viċin niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers għat-team min-nofsinhar ta’ Malta.

    Ta’ nota huwa l-fatt li żewġ minuti mill-ftuħ ta’ din is-sessjoni tkeċċa l-goalkeeper titolari ta’ Marsaxlokk, Ryan Coleiro, permezz ta’ karta ħamra diretta minħabba xi rimarki li għadda fil-konfront tar-referee Mario Dalli. Minfloku daħal jiddefendi l-lasti l-goalkeeper ta’ riserva Fre­derick Buhagiar. 

    Il-Ġiljaniżi rebħu wkoll l-aħħar sessjoni din id-darba bi skor ristrett ta’ 5-4, bl-iskorers ikunu l-veteran Paul Fava, Niksa Dobud (3) bit-tieni goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Ranier Scerri, u Darren Zammit minn man-up ieħor wara li reġa’ tkeċċa Rainier Scerri.

    Ivan Nagaev (2), Julian Rizzo Naudi  u Andrija Vlahovic wieġbu għax-Xlukkjari.

    San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Ben Grech, 3-Andreas Galea (1), 4-Niksa Dobud (6), 5-Guillermo Molina (1), 6-Matthew Zammit (6), 7-Ben Plumpton, 8-Kai Dowling, 9-Tristan Said, 10-Darren Zammit (2), 11-Paul Fava (1), 12-Dino Zammit (1), 13-Thomas Micallef - Coach: Marko Orlovic

    Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Julian Rizzo Naudi (2), 3-Luke Calleja, 4-Matteo Cacici, 5-Timmy Agius, 6-Joseph Galea, 7-Andrija Vlahovic (4), 8-Ivan Nagaev (6), 9-Stephen Micallef, 10-Rainier Scerri, 11-Luke Saliba, 12-Matthew Pace, 13-Fredrick Buhagiar - Coach: Joe Cremona

    Referees: Mario Dalli, Massimiliano Sponza

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0