Ħalliel li kellu fil-mira lill-pensjonanti jisraq armla fil-ġurnata li miet żewġha bil-kanċer

  • Aww 20, 2019 18:35
  • Miktub minn iNews
"

    Stephen Palmer, żagħżugħ Ingliż ta’ 22 sena ntbagħat sitt snin u disa’ xhur ħabs wara li ammetta li kien protagonist f’ħames serqiet. F’dawn il-ħames serqiet, Palmer kellu fil-mira tiegħu lill-pensjonanti vulnerabbli. B’waħda mis-serqiet tkun fuq armla ta’ 80 sena, propju fil-ġurnata li fiha żewġha, ħalla din id-dinja għal dik eterna wara battalja mal-marda tal-kanċer. Biex ikompli jkabbar il-ferita f’qalb l-armla, Palmer kien jaf li f’dik il-ġurnata, l-anzjana kienet għadha kif tilfet lil maħbub tagħha. 

    Il-pjan wara s-serq tiegħu kien ikun billi joffri lilu nnifsu bħala persuna li jrid jgħin lil dawn in-nies vulnerabbli wara li jkun allega li fil-parapett tal-anzjani kien hemm xi tfal iħufu. Huwa kien ikompli billi jagħti n-numru tal-mowbajl tiegħu biex jekk dawn it-tfal fittizji jerġgħu jitfaċċaw, l-anzjani jkunu jistgħu jċemplu lilu. Kif iżerżaq il-karta bin-numru tiegħu f’id l-anzjani, Palmer kien jibda dieħel bil-mod il-mod fid-dar tagħhom, bil-konsegwenza li joħloq sensazzjoni ta’ terrur u biża' fil-vittmi li jkun studja sew. 

    Sfortunatment, il-mottiv ta' Palmer wara dawn is-serqiet fuq persuni vulnerabbli kien il-vizzju tad-droga kokaina. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0