Il-GWU tikseb l-għarfien ewlieni f’Infrastructure Malta

  • Aww 20, 2019 18:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union hija l-Union li għandha l-għarfien ewlieni fl-entità nazzjonali Infrastructure Malta, wara li l-maġġoranza assoluta tal-impjegati ssieħbu magħha. Dan kien konfermat wara li ntemmew il-proċeduri kollha ta’ verifika kif stabbiliti mil-liġi tar-relazzjonijiet industrijali. Dan l-għarfien huwa wieħed importanti għax għal darb’oħra l-GWU hija l-Union li ġiet fdata biex tkun il-vuċi tal-ħaddiema. 

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja huwa ferm sodisfatt bil-kisba ta’ dan l-għarfien ewlieni fl-entità nazzjonali Infrastructure Malta u stqarr li: “Permezz ta’ dan l-għarfien bħala GWU issa għandna d-dritt li nirrappreżentaw b’mod kollettiv lil dawn l-impjegati. Dan ir-rikonoxximent huwa sinjal ieħor tal-ħidma serja u professjonali li twettaq il-GWU.” Saħaq li dan ir-rikonoxximent se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-GWU bħala l-akbar trejdunjin fil-pajjiż u li tkopri l-akbar oqsma fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija. 

    Min-naħa tagħha s-Segretarja tat-Taqsima GWU Professjonisti Finanzi u Servizzi Riccarda Darmanin saħqet li dan l-għarfien huwa pass pożittiv ħafna u għandu jservi biex l-impjegati ta’ din l-entità jkunu jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom. Hija saħqet li t-taqsima qed tħares ’il quddiem biex b’mod immedjat jinbdew in-negozjati għal ftehim kollettiv għall-impjegati ta’ Infrastructure Malta.

    Ritratt - Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0