Elton John jiddefendi lill-Prinċep Harry u lil martu

  • Aww 20, 2019 10:04
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kantant ta’ fama mondjali, Elton John iddefenda lid-Duka u lid-Dukessa ta’ Sussex u l-fatt li użaw ajruplan privat għal vjaġġ lejn il-proprjetà tiegħu. 

    Fil-fatt, Elton John qal li kien hu li pprovda ajruplan privat lill-Prinċep Harry, lil Meghan u binhom Archie. Qal li għamel dan biex ikollhom livell għoli ta’ protezzjoni. 

    Il-koppja rjali ġew ikkritikati wara li fil-midja ġie rrapportat li fi 11-il ġurnata użaw erba’ ajruplani privati, fosthom biex iżuru d-dar privata ta’ Elton John f’Nice. 

    Dwar dan il-Familja Rjali ma kkummentatx. 

    L-ajruplani privati ġeneralment iġorru ħafna inqas nies minn ajruplani kummerċjali u għalhekk jużaw ħafna aktar fjuwil għal kull persuna li jġorru. 

    Min-naħa tiegħu, Elton John kiteb fuq il-midja soċjali li ħassu mnikket b’dak li ġie miktub b’mod qarrieqi dwar Harry u Meghan. Spjega li l-Prinċipessa Diana kienet waħda mill-akbar ħbieb tiegħu u għalhekk iħoss sens profond ta’ obbligazzjoni li jipproteġi lil Harry u lill-familja tiegħu. 

    Qal ukoll li wara sena ta’ xogħol iebes fil-karità min-naħa tal-koppja rjali, hu u żewġu ħassew li kienet tixraqilhom btala privata d-dar tagħhom. Biex ikunu siguri ħass li kellu jibgħatilhom l-ajruplan privat tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0