Il-Guggen Band b’mużika Maltija barra pajjiżna

  • Aww 20, 2019 08:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Big Friends Guggen Musik Band se tkun f'Leni fi Sqallija bejn is-26 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru, fejn se tesegwixxi mużika Maltija u għal darb’oħra tkun ta’ ambaxxatriċi għal pajjiżna.

    Leni, belt metropolitana li hi Patrimonju tal-Umanità, tagħmel parti mill-provinċja ta’ Messina u parti mill-arċipelagu tal-Gżejjer Eolie. Hi belt żgħira  u tinsab fl-itenerarju enogastronomiku “Strada del Vino della Provincia di Messina”. Il-patruna ta’ Leni hi l-Madonna del Terzito li l-festa tagħha tiġi ċċelebrata fit-23 ta’ Lulju. Is-santwarju tal-Madonna del Terzito jmur lura għall-1630.

    Il-mawra tal-Guggen Band f’Leni hi it-tnax-il safra tal-banda fl-10 snin li ilha mwaqqfa. Il-Guggen Musik fl-aħħar 10 snin żaret diversi pajjizi u bliet magħrufa bħal  Dubai u Abu Dhabi fl-Emerati Għarab Magħquda; Sousse u Hammamet fit-Tunesija u Capo Dolorado u Acireale fi Sqallija u Creta Grecja.

    F’Leni, il-Guggen Musik Band ser ittellgħa tliet programm muzikali fi tliet pjazez ewlenin, fejn  sejrin jiġu esegwieti diversi arranġamenti mużikali Maltin. Il-Banda, komposta minn 40 mużiċist,  ser tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut li nawgurawlu fil-kariga ġdida tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0