Mercedes tirdoppja l-ammont ta’ bejgħ għall-mudelli tagħha

  • Aww 20, 2019 00:29
  • Miktub minn iNews
"

    Għax-xahar ta’ Lulju, Mercedes-Benz bdiet it-tieni kwart tas-sena b’rekord ta’ bejgħ ġdid: total ta 188,857 vettura.  It-tibdil kontinwu li sar fil-mudell tas-segment kompatt kellu impatt pozittiv fuq il-bejgħ tax-xahar li għadda.  Kien hemm ukoll żieda sinifikanti fuq il-bejgħ madwar id-dinja kollha f’Lulju tad-mudell S-Class Saloon, E-Class Saloon u Estate; kif ukoll dawk C-Class Saloon u Estate.  Fil-fatt matul ix-xahar ta’ Lulju l-bejgħ irdoppja fir-reġjuni kollha u s-swieq prinċipali.  Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena, Mercedes-Benz iddefendiet is-suq tagħha fil-premium segment f’diversi swieq inkluż il-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, Belġju, Żvizzera, Portugall, Danimarka, Ġappun, u oħrajn.

    “Ninsabu sodisfatti mmens bil-bidu ta’ din is-sena.  Dan kien l-aqwa Lulju fil-bejgħ għal Mercedes-Benz li qed jikkonferma l-aspettattivi pożittivi anke għax-xhur li ġejjin,” qalet Britta Seeger, membru tal-bord tal-immaniġjar ta’ Daimler AG, responsabbli mill-marketing tal-kumpanija.  “Inħossni mpressjonata bir-rispons tal-konsumaturi għall-karozzi kompatti ġodda li għandna u l-iżvilupp li għamilna fl-SUVs il-ġodda, li ħallew impatt pożittiv fuq il-bejgħ.  Is-saloons lussużi ta’ Mercedes-Benz, dawk S-Class u E-Class, ukoll kienu popolari ħafna matul Lulju.”

    Fir-reġjun Ewropew inbigħu 73,633 vettura Mercedes-Benz matul Lulju. Bejgħ ta’ 26,331 unit fil-Ġermanja, is-suq domestiku, kien 18.2% iktar għoli mix-xahar tas-sena ta’ qabel. F’Lulju l-bejgħ żdied kważi fis-swieq Ewropej kollha. Meta mqabbla ma’ Lulju tas-sena l-oħra, l-figura tal-bejgħ irduppjat f’diversi swieq, bħal Franza, Russja, Belġju, u oħrjan.  Ix-xahar li għadda kien l-aqwa Lulju anke fir-Renju Unit, Belġju, Żvizzera, Portugal, Polonja, Danimarka u l-Ungerija.

    Rekord oħra għall-Lulju kienet fir-reġjun tal-Asja, fejn inbiegħu 82,039 vettura.  Iċ-Ċina wkoll marret tajjeb, fejn hawnhekk id-ditta ssetjat rekords ġodda, kemm għax-xahar partikulari ta’ Lulju, kif ukoll matul l-ewwel sitt xhur tas-sena.  Dan is-suċċess jgħodd ukoll għall-Korea t’isfel u l-Awstralja.

    Fir-reġjun ta’ NAFTA, fejn il-kumpanija qegħdha bbażata fi Suttgart, Mercedes-Benz irreġistrat żieda sinifikanti ta’ bejgħ f’Lulju: 29,241 vettura, żieda ta’ 17.5% meta mqabbel max-xahar tas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda kienet ukoll grazzi għas-suq prinċipali Amerikan, fejn ukoll żdied b’ammont konsiderevoli meta mqabbel mal-2018.

     

    Smart

    Minn Jannar sa Lulju, 69,329 vettura mid-ditta Smart inxtraw minn madwar il-globu.  In-numru ta’ karozzi two-door, kif ukoll four-door żdiedu matul perjodu ta’ seba’ xhur f’diversi swieq, bħal Ġermanja, Franza, Awstrija u oħrajn.  Id-ditta Smart għaddejja minn tranżizzjoni għal purament sewqan elettriku sal-2020.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0