[FILMAT] Ta' Stella Maris jixgħelu u jdawlu s-sema fix-Xatt ta’ Tas-Sliema bi spettaklu ta' nar sinkronizzat mal-mużika

  • Aww 19, 2019 17:44
  • Miktub minn iNews
"

    Il-preparamenti  f'Tas-Sliema għall-festa ad unur il-Madonna Kewkba tal-Baħar magħrufa ukoll bħala Stella Maris issarfu fi spettaklu mill-isbaħ.

    Għal-lokalità ta’ Tas-Sliema, ix-xahar ta’ Awwissu huwa sinonimu mal-festa ta’ Stella Maris. Sena wara oħra d-dilettanti Stellamarjani jibdew ilibbsu l-libsa tal-festa lit-toroq tal-Paroċċa ddedikati lill-Madonna Kewkba tal-Baħar. Barra l-arbli, il-fustuni tad-dawl, il-liedna, l-pavaljuni u l-bandalori, il-festa ta’ Stella Maris hija wkoll rinomati għall-ispettaklu sabiħ tan-nar li jittella’ lejliet il-festa ġewwa x-Xatt ta’ Tas-Sliema.

    Dan l-ispettaklu tan-nar, li jixgħel u jdawwal is-sema u l-baħar ta’ Tas-Sliema jattira mhux ħażin l-attenzjoni tad-dilettanti tal-festi kif ukoll tat-turisti li jitpaxxew jħarsu lejn is-sema tinbidel f’qawsalla waħda.

    Din is-sena xejn inqas. Xhieda ta' dan huwa dan il-filmat qasir li huwa biss parti minn dak li kien hemm is-Sibt filgħaxija.

    Ritratt: Stefano Vella

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0