Imnikkta għal ħabibhom, irrabbjati kontra l-abbużi... ġurnata xogħol għal €5 biss

  • Aww 19, 2019 10:08
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Waqt li jsellmu l-memorja ta' Diedy Coulibal, ħbiebu jisħqu: "Għadda mill-martirju tad-deżert u l-baħar, biex tilef ħajtu f'idejn il-bnedmin"

    Kienu ftit mumenti ta' skiet, pero kienu wkoll mumenti kommoventi, hekk kif ġemgħa ta' persuni inġabru ġewwa l-Labortarju tal-Paċi, flimkien ma' Patri Dijonisju Mintoff, biex jitolbu u jsellmu l-memorja ta' ħabib tagħhom li kien vittma ta' inċident f'sit tal-kostruzzjoni iktar kmieni din is-sena.

    Diedy Coulibaly, raġel ta' 23 sena mill-Mali, kienu ilu Malta tlett snin jipprova jfittex ħajja aħjar, tant li għamel numru ta' xhur jgħix flimkien ma' kommunita mħallta  ġewwa l-Laboratorju tal-Paċi. Kien irnexxielu jsib impjiegi temporanju ma' kuntrattur, bil-għan li jingħaqad ma' ħuħ, Diallo Samba u jmur jgħix ġewwa Franza.

    Sfortunatament, il-ħolma ma rnexxietx, hekk kif waqt li kien qiegħed involut fuq il-proġett tal-iskola l-ġdida ta' San Pawl il-Baħar, fl-14 ta' Ġunju li għadda, Coulibaly tilef ħajtu meta għal xi raġuni spiċċa waqa għoli ta' erba' sulari.  L-istess Samba, meta tkellem mal-Inews, kien iddeskriva lil ħuħ bħala "bniedem serju u ħabrieki f'xogħolu", filwaqt li kkritika lil min kien fuq is-sit tal-kostruzzjoni dak il-ħin: "Ħija ma ingħata l-ebda għajnuna min għand min kien iħaddmu, anke waqt li kien qiegħed imut."

    "Ħafna drabi, qegħdin nispiċċaw naħdmu mingħajr tagħmir tas-sigurtà"

    Meta tkellmu ma' dan is-sit, il-ħbieb ta' Coulibaly saħqu li huma kienu ngħaqdu "biex nirringrazzjawk tal-ħbiberija tiegħek, taż-żminijiet sbieħ u koroh li kellna flimkien, liema memorji għadhom friski f'moħħna. Sejrin dejjem inżommu l-memorja tiegħek sakemm ma nerġgħu niltaqgħu."

    Kien hemm kritika ħarxa wkoll lejn il-kuntrattur involut fuq il-proġett tal-iskola, hekk kif huma saħqu: "Irnexxielek ssalva mill-martirju tad-deżert, u kif ukoll tal-baħar, biex imbagħad kellek titlef ħajtek f'idejn il-bnedmin."

    "Itlob għalina, u żomm idejk fuqna, għaliex ma nafux min imissu. Nitlobuk tagħti d-dehem lil uffiċjal wieħed tal-Gvern, biex jiddifendina, u jassigura li kull kuntrattur f'Malta jagħmel dmiru, u jipprovdilna materjal tas-sigurta. Inti tiftakar kif ħafna drabi, kull wieħed minnha spiċċa jaħdem f'sit tal-kostruzzjoni mingħajr żraben tas-sigurta, mingħajr protezzjoni għar-ras, jew kwalunkwe tagħmir tas-sigurta."

    F"kumment ma' dan il-ġurnal, wieħed minn dawk preżenti saħaq kif "aħna qegħdin qegħdin nikkontribwixxu għall-ekonomija tal-pajjiż: qegħdin nibndu d-djar u t-toroq tagħhom, biex imbagħad anke t-tagħmir bażiku tas-sigurta qiegħed ikun nieqes għalina?"

    Stejjer ta' abbużi rampanti: "Offirelhom jaħdmu ġurnata xogħol għal €5 biss"

    Dan is-sit tkellem ukoll ma' Patri Mintoff, fejn appella biex "f'siti fejn jaħdmu in-nies, hemm bżonn li s-sigurtà ma tibqax fuq il-karta. Inċidenti fuq siti ta' kostruzzjoni, anke dawk fatali, qegħdin iseħħu b'rata iktar frekwenti, u l-abbużi qegħdin jsiru ta' kuljum, pero mhumiex qegħdin jiġu rrapurtati."

    "Biex intik eżempju, ftit tal-jiem ilu, żviluppatur ewlieni ġie bit-trakk tiegħu ġewwa Ħal Far, fejn kien qiegħed joffri lil dawn in-nies ġurnata x-xogħol biex jgħinu fil-ġebel. X'ħin saqsewh kemm, qallhom li kien lest itihom €5 biss għall-ġurnata sħiħ. Temminha din?"

    Meta mitlub jelabora fuq dan l-episodju, Patri Mintoff saħaq li huwa mar jiffaċċja lill-kuntrattur, u saqsieh għalfejn kien qiegħed joffri paga daqshekk baxxa għal xogħol daqshekk iebes, il-kuntrattur wieġbu: "Għandi tender mal-Gvern, u ma nistax llaħħaq jekk ma nagħmilx hekk." 

    L-investigazzjoni fil-mewt ta' Coulibaly għadha għaddejja, hekk kif l-eżitu ta' x'ġara dakinhar f'San Pawl il-Baħar għadu ma ġiex iċċarat mill-Awtoritajiet.

    Ritratt: Roger Azzopardi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0