Konferma li l-fdalijiet li nstabu fil-Belt huma ta’ Charlene Farrugia

  • Aww 19, 2019 09:37
  • Miktub minn iNews
"

    It-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt ftit anqas minn xahar ilu huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa 11-il sena ilu. It-testijiet ikkonfermaw dak li qal John Paul Woods mal-pulizija wara li kien hu stess li indika fejn kienu moħbijin il-fdalijiet tagħha. Investigazzjonijiet preliminari li saru fuq l-għadam xi ġimgħat ilu, diġà kienu wrew li huma ta’ mara li l-età tagħha tvarja bejn l-20 u t-30 sena. It-test tad-DNA kompla jsaħħaħ l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

    L-investigazzjonijiet bdew meta John Paul Woods imwieled l-Ingilterra, kien ġie arrestat waqt attentat ta’ hold-up armat b’sikkina, f’ħanut fil-Gżira. Waqt li kien fil-kustodja tal-pulizija, Woods tkellem dwar l-għibien ta’ Charlene Farrugia u allega li kien qatilha hu u indika fejn kien ħeba l-fdalijiet tagħha li baqgħu ma nstabux għal tant snin.

    Minkejja dawn ir-riżultati, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija mistennija jkomplu sakemm aktar tard Woods ikun jista’ jitressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ Charlene Farrugia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0