L-APS Bank jagħti l-appoġġ tiegħu għall-ispettaklu mużikali ‘Il-Kbir Għadu Ġej’

  • Aww 19, 2019 09:09
  • Miktub minn iNews
"

    L-APS Bank huwa kburi li qed jappoġġa l-ispettaklu mużikali ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, ibbażat fuq il-mużika ta’ Freddie Portelli. L-ewwel serata tiegħu kienet nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu, u se jibqa’ jsir għal numru ta’ serati oħra f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi sal-Ħadd 18 ta’ Awwissu. 

    L-ispettaklu għandu direzzjoni u produzzjoni ta’ Sean Buhagiar, u kitba ta’ Malcolm Galea, waqt li l-banda live hija taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Dominic Galea, li għamel ukoll l-arranġamenti tal-mużika.  

    Is-Sibt 10 ta’ Awwissu l-APS Bank kellu numru ta’ mistednin li ġew jaraw l-ispettaklu, u wara sar festin fejn il-mistednin u l-uffiċjali tal-Bank setgħu jiltaqgħu mal-atturi, il-bandisti, il-kru, kif ukoll ma’ ħadd ħlief Freddie Portelli nnifsu.

    Marcel Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-APS Bank tana dan il-kumment: “Dan huwa wieħed mill-aqwa musicals ta’ dan it-tip li qatt ġie mtella’ u maħdum fuq il-palk f’Malta. Huwa ta’ privileġġ li tara daqstant talent lokali jipproduċi u jirreċta fi spettaklu bbażat fuq il-mużika ta’ Freddie Portelli, li hu wieħed mill-kbar tagħna. Aħna nħossuna kburin li tajna l-għajnuna tagħna biex din il-produzzjoni sseħħ u li bqajna nagħtu l-appoġġ tagħna.”

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0