Kylian Mbappe huwa l-aktar player valutat fid-dinja

  • Aww 19, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Raheem Sterling u Mohamed Salah huma meqjusa bħala tnejn mill-aktar tliet players ta’ valur fid-dinja. Dan huwa skond il-Football Observatory, fejn dawn iż-żewġ players jinsabu qabel il-fenomenu Arġentin, Lionel Messi - waqt li l-istilla Ingliż, Jadon Sancho, jinsab ftit wara l-istess Messi.

    Fit-tielet post hemm Sterling hekk kif huwa għandu valur ta’ £190 miljun fejn jinsab ftit wara Salah li għandu valur ta’ £200 miljun wara żewġ staġuni mill-aqwa ma’ Liverpool.

    Madankollu, dawn iż-żewġ players jinsabu wara Kylian Mboppe li jinsab fil-quċċata ta’ din il-lista li tinkludi fiha 100 player, bl-istilla ta’ Paris Saint-Germain għandu valur ta’ £230 miljun.

    Jista’ jitqies bħala sorpriża l-fatt li Messi jinsab fir-raba’ post b’valur ta’ £153 miljun.

    Il-lista tas-CIES Football Observatory hija bba­żata fuq statistika prodotta minn madwar 57 varjant fosthom etá, kuntratt, pożizzjoni, minuti milgħuba, goals skorjati, status internazzjonali u riżultati miksuba mit-team li l-player ikun jilgħab miegħu.

    Il-valuri tat-trasferimenti huma wkoll ibbażati fuq il-potenzjal Ii player partikolari jiġi ngaġġat minn club għal ieħor.

    It-tliet attakkanti ta’ Liverpool, jiffurmaw parti mill-ewwel 10 ta’ din il-lista, b’Sadio Mane jokkupa s-sitt post waqt li Roberto Firmino iniżżel ismu fit-tmien post.

    Il-lista tal-ewwel 10 hija:

     1. Kylian Mbappe (PSG) ........................ £230m

     2. Mohamed Salah (Liverpool) ............... £200m

     3. Raheem Sterling (Man City) ............... £190m

     4. Lionel Messi (Barcelona) .................... £153m

     5. Jadon Sancho (Borussia D.) ................ £145m

     6. Sadio Mane (Liverpool) ..................... £144m

     7. Harry Kane (Tottenham) .................... £143m

     8. Roberto Firmino (Liverpool) ............... £132m

     9. Antoine Griezmann (Barcelona) ......... £131m

    10. Leroy Sane (Man City) ...................... £125m

    Players tal-ogħla livell li jilagħbu fil-Premier League Ingliż jagħmlu l-maġġoranza tal-ewwel 10 bl-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, Harry Kane, u dak ta’ Manchester City, Leroy Sane, jinsabu wkoll fl-ewwel postijiet, waqt li l-player ta’ Borussia Dortmund, Jadon Sancho, jinsab jokkupa l-ħames post, b’dan il-player internazzjonali Ingliż ikollu valur ta’ biss £8 miljuni inqas minn dak ta’ Messi.

    Antoine Griezmann li ngħaqad ma’ Barcelona mingħand Atletico Madrid għas-somma ta’ £105 miljun matul dan is-sajf diġá ra l-valur tiegħu jiżdied b’iktar minn £25 miljun biex sar id-disa’ l-aktar player ta’ valur fl-imsemmija lista.

    Rimarkabbli huwa l-fatt li Paul Pogba u Neymar, li t-tnejn għandhom valur ta’ £114-il miljun, jinsabu barra mil-lista tal-ewwel 10 hekk kif jinsabu fis-16 u fis-17-il post rispettivament, wara Philippe Coutinho u Romelu Lukaku.

    U dan mhux biżżejjed hekk kif Cristiano Ro­naldo b’valur ta’ £108 miljun jinsab wara Eden Hazard (£110 miljun) u Marcus Rashford (£113-il miljun).

    Intant, Virgil van Dijk jista’ jkun kandidat ewlieni biex jirbaħ il-Ballun tad-Deheb. Madankollu mhuwiex meqjus bħala l-aktar difensur ta’ valur, hekk kif dan l-unur, dejjem skond din il-lista, imur għal Trent Alexander-Arnold b’valur ta’ £119-il miljun.

    Van Dijk għandu valur ta’ £102 miljuni u jinsab jokkupa t-22 post ta’ din il-lista. Liverpool ukoll jistgħu jiftaħru bil-fatt li għandhom l-aktar goalkeeper ta’ valur hekk kif l-internazzjonali Brażiljan, Alisson Becker, jinsab fl-24 post b’valur ta’ £98 miljun.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0