Il-UEFA twaqqaf it-taħdidiet wara klaxx bejn il-clubs u l-kampjonati

  • Aww 17, 2019 16:13
  • Miktub minn iNews
"

    It-tibdil fiċ-Champions League mhux mistenni li jiġi deċiż din is-sena, bl-għaqda li tmexxi l-football fl-Ewropa, il-UEFA, tħassar it-taħdidiet mal-kapijiet tal-clubs Ewropej u tal-kampjonati.

    Dawn il-kapijiet ilhom ix-xhur jargumentaw fuq tibdil radikali potenzjalment fuq il-format tal-kompetizzjonijiet Ewropej.

    Iċ-chairman tal-European Club Association (ECA), Andrea Agnelli – ikkritikat talli qed jikkampanja Champions League fil-biċċa l-kbira magħluq – u l-president tal-Euro­pean League, Lars-Christer Olsson, kellhom jiltaqgħu mal-president tal-UEFA, Aleksan­der Ceferin, fil-11 ta’ Settembru.

    “Iddeċidejt li nipposponu l-laqgħa,” Cefe­rin kiteb lil Agnelli u Olsson. “Se nibgħat stedina ġdida meta naħseb li ninsabu lesti għal diskussjoni bis-sens.”

    L-ittra ntbagħtet ġurnata qabel ma l-bord eżekuttiv tal-ECA, immexxi miċ-chairman ta’ Juventus, Agnelli, iltaqa’ fil-privat f’Liverpool biex jiddiskuti l-viżjoni tagħhom għal taqliba sħiħa tal-kompetizzjonijiet tal-clubs madwar il-kontinent mill-2024.

    It-tielet kompetizzjoni – proviżjonalment imsemmija Europa League Two – mistennija tiġi varata fl-2021.

    “Bħalissa ninsabu fil-proċess li niġbru ris­pons mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħ­na,” kiteb Ceferin, “u nħoss... li diskussjoni ġdida issa tkun prematura meta qed nanalizzaw ir-rispons u l-proposti li ġejjin minn partijiet differenti.”

    Il-grupp tal-European Leagues oppona bil-qawwa l-idea tal-qalb ta’ Agnelli li tillimita d-dħul fiċ-Champions u fl-Europa League, kif għamlu ħafna timijiet madwar il-kontinent li huma membri tal-ECA.

    Proposta ppreżentata mill-UEFA aktar kmie­ni din is-sena tiggarantixxi 24 mit-32 ti­mijiet fil-gruppi taċ-Champions League biex jirritornaw fl-istaġun ta’ wara, introduzzjoni sin­jifikanti ta’ promozzjoni u relegazzjoni mal-Europa League.

    Il-kampjonati jibżgħu li l-interess ta’ tmiem l-istaġun jiġi mnaqqas mill-kompetizzjonijiet tagħhom, bil-pożizzjonijiet finali jiddeterminaw il-kwalifikazzjoni għall-Ewropa.

    “Bħal ma tafu tajjeb, il-UEFA intenzjonalment bdiet il-proċess ta’ reviżjoni għaċ-ċiklu tal-kompetizzjoni 2024-27 ħafna qabel l-iskedar regolari u għalhekk m’aħniex mgħaġġlin,” Ceferin qal lil Agnelli u lil Olsson.

    “Fi kwalunkwe każ m’aħniex nistennew li nieħdu deċiżjoni din is-sena.”

    L-ECA trid li fiċ-Champions League l-gruppi jkunu ta’ tmien timijiet minflok erbgħa. Dan jiggarantixxi li l-clubs ikollhom dħul iktar mill-UEFA talli jilagħbu 14-il logħba minflok sitta qabel ma tibda l-fażi tan-knock-out.

    Dan ikun ta’ benefiċċju għall-clubs illustri li jridu jilagħbu kontra xulxin aktar spiss fl-Ewropa, meta jidhru li mhumiex kuntenti bin-nuqqas ta’ kompetizzjoni f’pajjiżhom.

    Juventus rebħu tmien kampjonati wara xulxin, Bayern Munich sebgħa u Paris St-Germain sitta mill-aħħar sebgħa fi Franza.

    Il-Premier League Ingliż huwa l-forza ewlenija li qed jirreżisti tibdil drammatiku fiċ-Champions League, meta sostna li għandu s-sapport tat-timijiet kollha tiegħu li jinkludu lil Manchester United, li l-viċi kap eżekuttiv tagħhom, Ed Woodward, huwa membru tal-bord eżekuttiv tal-ECA.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0