L-atleti transġeneru b’vantaġġ fuq atleti nisa

  • Aww 16, 2019 08:45
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    Studju jsib li minkejja tingħata t-terapija tal-ormoni s-saħħa tal-atleti mwielda rġiel hi akbar

     

    Meta l-atleta transġeneru tal-weight lifting, Laurel Hubbard, is-sena l-oħra rebaħ il-medalji kemm tad-deheb kif ukoll dik tal-fidda fil-Pacific Games, żdiedet il-kontroversja taħraq dwar kemm huwa ġust li atleti li twieldu rġiel jikkompetu ma’ atleti nisa fl-istess kategorija.

    Il-kwistjoni sportiva nqalgħet wara li l-atleti femminili li ħadu sehem f’logħob internazzjonali ħassuhom fi żvantaġġ bijoloġiku ma’ atleti oħra li jidentifikaw ruħhom ta’ nisa meta dawn oriġinarjament kienu twieldu rġiel. 

    Laurel, li qabel kien magħruf bħala Gavin Hubbard, kien jieħu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-weight lifting tal-irġiel fi New Zealand. Studju ġdid li ġie ppublikat riċentement fil-‘Journal of Medical Ethics’, żied aktar il-provi xjentifiċi li l-irġiel bijoloġiċi li jikkompetu kontra n-nisa għandhom vantaġġ inġust fejn tidħol saħħa u stamina naturali.

    Din il-kontroversja mistennija tkompli hekk kif Hubbard mistenni jikkompeti fl-Olimpijadi ta’ Tokyo s-sena d-dieħla fil-kategorija tan-nisa. Skont ir-regoli tal-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob Olimpiku, atleti transġeneri jistgħu jagħmlu dan jekk il-livell tal-ormon tat-testosterone ikun inqas minn 10 nanomoles għal kull litru u dan għal mill-inqas sena qabel ma jieħdu sehem fl-ewwel kompetizzjoni sportiva tagħhom.

    Dan l-istudju ġdid però, li sar mill-Università ta’ Otago fi New Zealand intitolat “Transwoman in Elite Sport: Scientific and Ethical Considerations”, jikkonkludi li mhuwiex biżżejjed biex dan il-livell ikun ġust għal kontra l-atleti femminili. 

    Reuters jikkwota parti minn dan l-istudju fejn jgħid li l-linji gwida tal-International Olympics Committee (IOC) saru ħażin u li dawk il-livelli tal-ormoni xorta waħda huma aktar għoljin minn dawk li jkollhom l-atleti li twieldu nisa. 

     

    Issuġġerita kategorija ġdida għall-persuni trans

    L-istudju jgħid li t-terapija tal-ormoni “mhix se tbiddel l-istruttura tal-għadam, il-kapaċità fil-volum tal-pulmuni jew inkella d-daqs tal-qalb li għandha atleta mara trans”. Dawn l-elementi jagħtu lill-atleti transġeneru l-kapaċità superjuri fil-ġenetika. Biex l-affarijiet ikunu aktar ġusti f’dawn it-tip ta’ kompetizzjonijiet, dan l-istudju jissuġġerixxi li tinħoloq kategorija ġdida kompletament għall-atleti transġeneru bil-għan li dawn jikkompetu kontra xulxin. 

    Il-grupp ibbażat fin-New Zealand, l-iSpeak Up For Women, jemmen li l-kompetizzjonijiet sportivi għandhom ikun skont is-sess u mhux skont l-identità tal-ġeneru. Il-kelliema ta’ dan il-grupp, Ani O’Brien, qalet lil Reuters li, “il-Kiwis (persuni minn New Zealand) jafu sew li huwa inġust ħafna li l-irġiel jingħataw l-opportunità li jikkompetu kontra n-nisa fl-attivitajiet sportivi”.

    Ir-reliġjuż Kristjan, Franklin Graham, qabel ma’ dan l-istudju iżda skont hu, hemm bżonn li dan l-argument imur lil hinn aktar minn din il-kwistjoni. “Il-gruppi tan-nisa għandhom kull raġun li jitolbu lill-awtoritajiet sportivi biex jagħmlu xi ħaġa kontra din l-inġustizzja. Jien naqbel, iżda nħoss li hemm bżonn li wieħed jagħmel pass aktar minn hekk. Ġenituri, għalliema, uffiċjali lokali… kulħadd, għandu jiftaħ għajnejh għall-gidba tat-transġeneru. Alla ħalaq ir-raġel u l-mara. Aħna magħmulin differenti mill-ġenetika nnfisha,” sostna Graham.

    L-argument tiegħu però ma jreġġix mal-partit demokratiku lokali. Rapport minn ‘The Daily Caller’ jikkwota l-att legali għall-ugwaljanza li kien ippreżentat f’Mejju ta’ din is-sena b’voti unanimi mill-membri kollha tal-parti demokratiku. Dan il-vot ipoġġi l-identità tal-ġeneru f’kategorija protetta bil-liġijiet federali kontra d-diskriminazzjoni. Din il-liġi se ġġiegħel skejjel pubbliċi biex jiftħu t-tims tal-atleti nisa għall-irġiel bijoloġiċi li jidentifikaw lilhom infushom bħala bniet.

    Ir-rappreżentanta ta’ dan il-partit f’Kalifornja, Katie Hill, ukoll ippruvat twaqqa’ l-argument tal-għaqdiet tan-nisa li dawn il-kompetizzjonijiet imħalta huma inġusti, tant li qalet li din hija biss biża’ għax in-nisa trans qegħdin jipparteċipaw fl-attivitajiet sportivi. Ħadd ma kkumenta dwar it-tagħrif ġdid li ħareġ dan l-istudju.

    L-att tal-ugwaljanza għad irid jgħaddi mis-senat repubblikan fejn ħafna jemmnu li dan mhux se jkun appoġġjat. Minkejja dan, rapport minn ‘The Daily Caller’ qal li l-kandidati favoriti li mistennija jmexxu l-partit demokratiku fl-elezzjonijiet li jmiss, wegħdu li se jagħmluha bħala prijorità tagħhom li jgħaddu din il-liġi mill-parlament.

    Sadanittant, hekk kif qed joqrob il-Logħob Olimpiku li jmiss, aktar atleti transġeneru qegħdin jirbħu lill-avversarji atleti nisa u hu mistenni li d-dibattitu rigward l-inġustizzja jiżdied u jintensifika. L-għan tal-pressjoni hi li joħorġu aktar l-aspetti dwar kemm verament l-atleti trans m’għandhomx ikun fl-istess kategorija tan-nisa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0