Minkejja l-avviż ta' infurzar ħafna mir-residenti ta' China House jibqgħu hemm... oħrajn imorru f'bini abbandunat fil-viċin

  • Aww 14, 2019 13:52
  • Miktub minn iNews
"

    Minkejja li suppost għaddej minn xogħol ta' ristrutturar intern, jidher li l-bini magħruf bħala "China House" għadu jiġi ntużat bi ħlas bħala residenza minn numru ta' persuni, filwaqt li mhemm ebda evidenza li x-xogħol ġewwa l-bini qiegħed, jew beda jseħħ.

    Kien ftit tal-jiem ilu li ġurnali lokali rrapurtaw kif l-allegat sid tal-propjeta (li l-ewwel saħaq ma' dan il-ġurnal li kienet proprjetà privata, mbagħad rriżulta li l-art kienet tal-Gvern mogħtija b'kirja) ħareġ avviż li r-residenti ġewwa l-bini kellhom jfittxu banda oħra. Dan hekk kif il-kmamar kollha ġewwa l-bini “kellhom jiġu ttranġati.”

    F'avviż ppubblikat ġewwa l-bini stess, is-sidien tal-propejta ordna lir-residenti ġewwa l-bini biex "ifittxu dar ġdida... il-bibien sejrin jingħalqu nħar il-5 t'Awwissu li ġej. Il-kundizzjoni tal-kmamar, f'perjodu qasir ħafna, saret totalment maħmuġa."

    L-allegat rranġar kellu jsir "fil-bini kollu", u l-avviż ordna lir-residenti kollha biex joħorġu "l-propjeta personali kollha tagħhom qabel dik id-data."

    Minkejja dan, l-Orizzont żaret għal darba oħra il-bini ta' China House, fejn jidher li l-maġġur parti tal-persuni li kienu jgħixu ġewwa dan il-bini, baqgħu residenti hemmhekk sal-ġurnata tal-bieraħ. Tant hu hekk li anke l-ħanut tal-merċa li hemm fl-entratura tal-bini (li huwa s-suġġett ta' investigazzjoni li qegħda ssir mill-Awtorita tal-Ippjanar fuq estensjoni tal-bini llegali) kien qiegħed jopera bħal qabel.

    Tkellimna ma' uħud minn dawn ir-residenti ġewwa China House, fejn saħqu magħna li dawk il-ftit li laħqu telqu minn din il-propjeta, marru jgħixu ftit metri l-bogħod, ġewwa binja abbandunata oħra. Mhix magħruf jekk din il-proprjetà hix ukoll il-proprjetà tal-istess sid jew le.

    L-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà kkonfermat ma' dan il-ġurnal li l-bini kien qiegħed taħt investigazzjoni. Madanakollu, la l-pulizija u lanqas l-Awtorita tal-Artijiet ma wieġbu għall-mistoqsijiet tagħna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0