Id-deputat Hermann Schiavone mistenni jerġa’ lura fi ħdan il-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista wara li f’April li għadda kien issospenda lilu nnifsu mill-grupp. Dan wara kontroversja li kienet qamet meta sar magħruf li kellu laqgħa ma’ Yurgen Fenech. Dan tal-aħħar kien fil-mira ta’ kritika dwar il-kumpanija 17 Black.
Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjanalista wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv intqal li l-kumitat aċċetta r-rakkomondazzjonijiet tal-Bord tal-Etika li kkonkluda li Schiavone ma kiser l-ebda struzzjoni jew regola tal-Partit u għalhekk ma ħassx li kellu jirrakkomanda proċeduri oħrajn kontrih. Il-bord qal ukoll li lanqas ma jirriżulta li kien hemm intenzjonijiet ħżiena u dan kien każ ta’ nuqqas ta’ sens ta’ ġudizzju.
Din id-deċiżjoni wasslet biex l-ex kandidat Nazzjonalista Norman Vella rreżenja minn kandidat, kunsillier u minn membru tal-Partit. Fuq il-profil tiegħu Vella qal li din id-deċiżjoni tmur kontra dak li ħadem u li n-Nazzjonalisti vvutaw għalih sentejn ilu.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.