Mistennija jiżdiedu madwar 130 charging point oħra minn Transport Malta

  • Aww 14, 2019 09:28
  • Miktub minn iNews
"

    Filwaqt li għaddejjin diversi kampanji u inizjattivi li qegħdin jippromwovu x-xiri u l-użu ta’ vetturi elettriċi, jidher biċ-ċar li l-Gvern jinsab impenjat li b’mod attiv jara li dan ikun sostenibbli.

    Mhux talli f’Jannar li għadda reġgħu ħarġu l-inċentivi finanzjarji biex jingħataw grants lil dawk kollha li jinvestu f’vettura elettrika, b’mod speċjali lil dawk li biex jagħmlu dan jiskrappjaw vettura li tniġġes, mhux talli s-sena l-oħra l-Gvern ta aktar minn €1.3 miljun fi grants għal dan l-istess għan, talli issa l-Gvern qed ikompli jinvesti fil-faċilitajiet għal dawn il-vetturi.

    Xi jfisser dan għall-poplu? Dan ifisser li filwaqt li llum diġà għandna aktar minn 100 charging point madwar il-pajjiż, Transport Malta se tkun qed tinstalla madwar 130 oħra, b’madwar 20 minn dawn li jissejħu fast charging points.

    U x’inhuma l-benefiċċji l-oħra li tinvesti f’vettura elettrika? Minbarra l-għotja darba li tkun eliġibbli għalija kif imsemmi aktar ‘il fuq, tajjeb niftakru li l-Gvern neħħa t-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq kull vettura elettrika li tinxtara, filwaqt li teżisti wkoll eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa annwali tat-triq għall-ewwel ħames snin, li wara dan il-perjodu titla’ għal ħlas ta’ €10 fis-sena minħabba li dawn il-vetturi ma jniġġsu xejn.

    Interessanti wkoll li min ikollu vettura elettrika għandu aċċess għal użu tal-bus lanes kif ukoll eżenzjoni mill-ħlas tas-CVA meta jidħol fil-Belt Valletta bil-vettura tiegħu.

    Dwar dan kollu, il-Ministru responsabbli mis-settur l-Onor. Ian Borg qalilna, “Il-futur ta’ pajjiżna huwa l-intermodalità, jiġifieri li nrawmu kultura li dejjem inħarsu lejn mezzi alternattivi, u li fejn hu possibbli nużaw mezzi kollettivi bħat-trasport pubbliku, servizzi ta’ sharing jew inkella mezzi żgħar bħall-muturi, il-mixi u r-roti elettriċi. Iżda aħna nifhmu li mhux kull ċirkustanza tippermetti li ma nużawx il-vettura privata tagħna, allura f’dan il-każ nemmen li huwa utli li nħarsu lejn mezzi privati aktar sostenibbi. Il-vetturi elettriċi huma każ spettakolari – każ fejn dak li jkun mhux biss jiggwadanja minn dawn il-benefiċċji kollha li qiegħed joffri l-Gvern iżda jkun qed jaħdem id f'id magħna favur kwalità tal-arja aħjar. Ejja nkomplu naħdmu favur għażliet aktar sostenibbli. Kommessi li nkomplu ntejbu l-infrastruttura għal dan il-għan.”

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0