Il-Gvern Malti jipprojbixxi l-użu ta’ insettiċida perikoluża b’mod immedjat

  • Aww 13, 2019 12:06
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    L-awtoritajiet Maltin għadhom kif waqfu mis-suq u ipprojbixxu l-użu tal-insettiċida Kloropirifos wara numru ta’ diskussjonijiet interni fosthom bejn l-MCCAA u l-bdiewa. Wara stqarrija mill-EU Food Safety Agency (EFSA), il-gvern Malti beda t-taħditiet biex ikun jistaġ jara x’miżuri għandhom jittiehdu biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-bniedem u tal-konsumatur.

    Il-Kloropirifos għandha sustanza attia maħsuba biex toqtol insetti u dud meta dawn jiġu f’kuntatt mal-kimika u taffettwa n-nervituri tagħhom. L-istudji rriżultaw li din is-sutanza jista’ jkollha effetti ħżiena fuq il-moħħ u l-iżvilupp tat-tfal. 

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali qal li bil-projbizzjoni ta’ din l-insettiċida l-gvern se jkun qiegħed iħaddan il-prinċipju ta’ prekawzzjoni b’mod partikolari fuq is-saħħa tal-pubbliku, il-bdiewa u l-familji tagħhom. 

    Huwa qal li minkejja minn naħa tal-EFSA din l-insettiċida għadha mhix ipprojbita, “ħassejna l-ħtieġa li inħarsu kemm il-prodott u wisq aktar il-konsumatur. B’hekk inserħu ras il-Maltin u dawk li jużaw prodott malti li dan il-prodott huwa regolat b’mod professjonali.”

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri qal li b’din id-deċiżjoni qegħdin inkunu proattivi u eżempju ċar kif is-sigurtà tal-ikel hija importanti ferm. Huwa stqarr li ma kinitx deċiżjoni faċli iżda wara laqgħa mar-rappreżentanti tal-bdiewa kienu huma stess li riedu prodott ta’ livell għoli.

    Ġie mniedi freephone fejn il-bdiewa jistgħu jċemplu: 80072213

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0