Marixxall tal-Qorti ħati ta' kompliċita f'serq ta' fajl

  • Aww 12, 2019 18:29
  • Miktub minn iNews
"

    Wieħed miż-żewġ marixxalli akkużati bis-serq ta' fajl dwar traffikar ta' droga nstab ħati u tpoġġa taħt ordni ta' probation għal perjodu ta' tliet snin.

    Edwin Vassallo ta' 57 sena mill-Kalkara u Joseph Bezzina ta' 62 sena mill-Belt Valletta kienu investigati mill-Pulizija wara li fajl li kien fih parti mill-evidenza kontra Angel Attard għeb mill-bini tal-Qorti fis-27 ta' April 2017.

    Wara li l-investigazzjoni tal-Pulizija stabbiliet li l-aħħar persuni li seta kellhom aċċess għall-fajl kienu huma, Vassallo u Bezzina dehru quddiem il-maġistrat li kien qed imexxi l-inkjesta.

    Iż-żewġ marixxalli waħħlu f'xulxin għal min avviċina lil min l-ewwel fejn Bezzina sostna li Vassallo talbu biex jaħbilu l-proċess u wara li żammu maqful f'awla ippanikja u mar jirrapporta lis-superjuri mentri Vassallo sostna li kien Bezzina li staqsih jekk riedx jaqla lira żejda u semmilu €5,000 jew €10,000 għalkemm insista li ma talabx għall-flus.

    Iż-żewġ marixxalli spiċċaw tressqu fil-Qorti mill-Ispettur Frank Anthony Tabone bil-kawżi tagħhom jinstemgħu b'mod separat.

    Dak fil-konfront ta' Vassallo, li huwa miżżewweġ u missier ta' erbat itfal, instema quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud.

    Dan għamilha ċara li wara li analizza l-istqarrija tagħhom it-tnejn isib il-verżjoni ta' Vassallo aktar kredibbli u emmnu meta qal li wara li għadda l-proċess lil Bezzina ma kienx jaf fejn ħadu.

    Mill-provi f'din il-kawża rriżulta li Vassallo ma kellux jieħu l-proċess fis-sigrieta fejn kien jaħdem Bezzina imma f'dik tal-awla fejn kien hemm il-maġistrat li kien qiegħed jisma l-kumpilazzjoni kontra Attard.

    Vassallo ma nstabx ħati li qered parti mill-proċess imma li kien kompliċi fis-serq tiegħu bil-Maġistrat Mifsud jgħid li huwa ma jidhirx li talab, irċieva jew aċċetta xi rigal għalih imma kien jaf bil-wegħda konnessa mal-kariga li kellu.

    Meta ġie biex jagħti s-sentenza tiegħu l-imsemmi maġistrat ikkunsidra fost oħrajn ir-rapport soċjali li sar dwaru fejn minnu jirriżulta li Vassallo qatt ma kellu każijiet oħra, li dan il-każ ħalla impatt kbir fuq il-familja, li ilu sospiż għal dawn l-aħħar sentejn u li diġa beda jara postijiet oħra ta' xogħol.

    Il-Maġistrat Mifsud sostna li matul dan il-każ deher ċar li jkun għaqli għal Vassallo jfittex l-għajnuna “sabiex itejjeb il-ħiliet soċjali u jkun aktar assertiv biex ma jħossx il-bżonn li jitfa' lil ħaddieħor fuq pedestall”.

    Huwa iddeskriva l-każ bħala serju u rrimarka kif huwa ta' nikte li karriera twila ta' xogħol kellha tiċċappas hekk minħabba li ma kellux forza jirreżisti proposta indiċenti u kriminali minn kollega tiegħu tax-xogħol.

    “Meta persuna tkun assenjata ħidma fil-Qorti mal-Ġudikatura dan huwa xogħol ta' fiduċja kbira u dak li seħħ f'dan il-każ tant huwa serju li kieku l-amministrazzjoni tal-Qorti u l-Pulizija ma ħadux azzjoni immedjata meta saru jafu b'dak li seta ġara kieku kien ikun hemm konsegwenzi serji ħafna li jwasslu biex ikun imminat proċess ġudizzjarju fuq akkużi ta' reati serji ħafna bħal m'hu t-traffikar tad-droga”.

    Kien għalhekk li waqt li sabu ħati tal-kompliċita fis-serq, il-Maġistrat Mifsud poġġih taħt orndi ta' probation għal tliet snin u ordnalu jagħmel 480 siegħa xogħol fil-kommunita fejn irrakkomanda li dan isir fiċ-Ċentru Parrokjali tal-Kalkara taħt is-superviżjoni ta' Fr Brian Gialanze.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0